EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32004R1322

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2004 tas- 16 ta' Lulju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2320/97 li jimponi dazji ta' anti-dumping definittivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi bla qtugħ ( seamless ) tal-ħadid jew ta' l-azzar li mhuwiex liga ( non-alloy ) li joriġinaw, inter alia, mir-Russja u mir-Rumanija

ĠU L 246, 20.7.2004, p. 10–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 148–151 (MT)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 29/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0954

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1322/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

148


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1322/2004

tas-16 ta' Lulju 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2320/97 li jimponi dazji ta' anti-dumping definittivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi bla qtugħ (“seamless”) tal-ħadid jew ta' l-azzar li mhuwiex liga (non-alloy”) li joriġinaw, inter alia, mir-Russja u mir-Rumanija

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea (ir-“Regolament bażiku”) (1), b'mod partikolari l-Artikoli 9, 11(2) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, sottomessa wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv previst mir-Regolament bażiku,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 2320/97 (2), il-Kunsill impona definittivament dazji ta' anti-dumping definittivi fuq l-importazzjoni ta' certi pajpijiet u tubi mingħajr qtugħ, tal-ħadid jew azzar li mhuwiex liga, li joriġinaw mill-Ungerija, mill-Polonja, mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka. Impenji offruti minn produtturi esportaturi fl-Ungerija, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka kienu aċċettati bid-Deċiżjoni 97/790/KE (3) u impenji offruti minn produtturi esportaturi fir-Russja kienu aċċettati bid-Deċiżjoni 2000/70/KE (4).

(2)

Fl-1 ta' Mejju 2004 l-Unjoni Ewropea kibret biex tinkludi għaxar Stati Membri ġodda. Minn din id-data il-miżuri ta' anti-dumping fis-seħħ fil-Komunità ta' 15-il Stat Membru kienu awtomatikament estiżi biex jiġu applikati ukoll mill-Istati Membri l-ġodda għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Miżuri kontra l-Istati Membri l-ġodda waqgħu awtomatikament fl-istess ġurnata.

(3)

Il-miżuri li hemm preżentement fis-seħħ japplikaw għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja (dazju ta' anti-dumping ta' 26,8 % u tliet impenji ta' prezzijiet) u fir-Rumanija (dazji ta' anti-dumping li jvarjaw minn 9,8 għal 38,2 % u erba' impenji ta' prezzijiet).

2.   Reviżjonijiet interim u ta' skadenza

(4)

Fit-23 ta' Novembru 2002, il-Kummissjoni ppublikat avviż tal-bidu ta' reviżjoni interim u ta' skadenza dwar miżuri ta' anti-dumping applikabbli għall-importazzjoni ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr qtugħ, tal- ħadid jew ta' l-azzar li mhuwiex liga li joriġinaw mill-Polonja, mir-Russja, mir-Repubblika Ċeka, mir-Rumanija u mir-Repubblika Slovakka (5).

(5)

Ir-Reviżjoni ntalbet mill-Kumitat għad-Difiża ta' l-industrija tat-tubi ta' l-azzar mingħajr qtugħ ta' l-Unjoni Ewropea f'isem il-produtturi li jirrapreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr qtugħ, tal-ħadid jew ta' l-azzar li mhuwiex liga.

(6)

It-talba għar-reviżjoni ta' skadenza hija bbażata fuq l-allegazzjoni li d-dumping qed ikompli u jirrepeti ruħu bi ħsara għall-industrija Komunitarja. It-talba għar-reviżjoni interim hija bbażata fuq ir-raġuni li l-forma u l-livell tal-miżuri m'humiex biżżejjed biex jikkontrobattu d-dumping li qiegħed jikkawża l-ħsara.

(7)

L-investigazzjonijiet ta' reviżjoni għadhom għaddejjin fir-rigward tar-Russja u tar-Rumanija.

3.   Prodott ikkonċernat

(8)

Il-kategoriji tal-prodotti koperti mir-reviżjonijiet interim u ta' skadenza (Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament bażiku) (“il-prodott konċernat”) huma l-istess bħal dawk li hemm fir-Regolament (KE) Nru 2320/97, i.e.

(a)

Pajpijiet mingħajr qtugħ, tal-ħadid jew ta' l-azzar li mhuwiex liga, ta' kwalità użata għall-pajpijiet taż-żejt u l-gass, ta' diametru estern li ma jaqbiżx l-406,4 mm;

(b)

Tubi mingħajr qtugħ bi cross-section ċirkulari tal-ħadid jew azzar li mhuwiex liga, cold-drawn jew cold-rolled, għajr tubi ta' preċiżjoni;

(ċ)

Tubi oħra ta' cross-section ċirkulari, tal-ħadid jew azzar li mhuwiex liga, minbarra threaded jew threadable, ta' diametru estern li ma jaqbiżx l- 406,4 mm

li jistgħu preżentement jiġu ikklassifikati fil-kodiċi NM ex 7304 10 10, ex 7304 10 30, 7304 31 99, 7304 39 91 u 7304 39 93. Dawn il-kodiċi NM huma mogħtija biss bħala informazzjoni.

B.   STIMA TAR-RELAZZJONI BEJN ID-DEĊIŻJONI Nru 2003/382/EC U R-REGOLAMENT (KE) Nru 2320/97

1.   Proċediment dwar l-imġiba anti-kompetittiva taħt Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE

(9)

Fid-deċiżjoni 2003/382/KE (id-“Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni”) (6), diversi produtturi tal-Komunità kienu mmultati għall-involviment f'żewġ każijiet ta' ksur ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat tal-KE.

(10)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni, fil-bidu kien ikkunsidrat li r-rabta potenzjali mar-Regolament (KE) Nru 2320/97, jekk kien hemm, ma kinitx tali li tirrikjedi li jerġa' jkun hemm eżami tas-sejbiet ta' dak ir-Regolament. Mankollu, wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni, wieħed mill-partijiet interessati qajjem il-kwistjoni ta' l-impatt possibbli minħabba l-imġiba anti-kompettitiva fuq il-miżuri ta' anti-dumping li hemm fis-seħħ, u ipprovda aktar informazzjoni rigward kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sejbiet dwar il-ħsara u l-kawżazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2320/97. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jeżamina jekk id-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni għandhiex ikollha xi konsegwenza fuq il-miżuri ta' anti-dumping li hemm preżentement fis-seħħ.

2.   Prodott ikkonċernat mid-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni

(11)

Il-prodotti kkonċernati mid-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni huma pajpijiet u tubi mingħajr qtugħ tal-karbon-azzar, partikolarment dawk użati fl-industrija taż-żejt u l-gass. Dawn jinkludu żewġ kategoriji maġġuri, i.e. pajpijiet ta' project line biex iġorru żejt u gass għal distanzi medji w qosra (“LP”) fuq naħa waħda u pajpijiet u tubi ta' borehole, magħrufin bħalal oil country tubular goods (“pajpijiet u tubi OCTG”) fuq in-naħa l-oħra. Filwaqt li LP jistgħu jiġu kklassifikati fil-kodiċi NM ex 7304 10, 'il-pajpijiet u tubi OCTG jistgħu jiġu kklassifikati fil-kodiċi NM 7304 21.

(12)

L-iskop tal-prodott ta' l-investigazzjoni ta' anti-dumping huwa usa' mill-prodotti konċernati mid-Deċiżjoni tal-Kompetizzjoni. Madankollu, paragun juri jidher li l-kategoriji ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7304 10 10 u kodiċi NM ex 7304 10 30, i.e. line pipe ta' l-għamla użati għall-pipelines taż-żejt u l-gass b'diametru estern li ma jaqbiżx l-406.4 mm jidher li huma affettwati kemm mill-investigazzjoni ta' anti-dumping kif ukoll mill-ksur tal-kompetizzjoni, anke jekk din tapplika biss għall-parti limitata tas-suq tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat.

3.   Produtturi kkonċernati

(13)

Fl-investigazzjoni ta' anti-dumping għaxar produtturi tal-Komunità kkooperaw, li jirrapreżenta aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott suġġett għall-investigazzjoni. Tlieta mill-għaxar kumpaniji kienu wkoll involuti fil-ksur ta' l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE.

4.   Ksur waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(14)

Il-perjodu għall-eżami tad-dumping u l-ħsarat dam mill-1 ta' Settembru 1995 sal-31 ta'Awwissu 1996 (“il-perjodu ta' l-investigazzjoni”) filwaqt li l-eżami relevanti għall-istima tal-ħsarat fl-investigazzjoni ta' anti-dumping kopra l-perjodu minn Jannar 1992 sa l-aħħar tal-perjodu ta' l-investigazzjoni, i.e. 31 ta' Awissu 1996 (“perjodu kkunsidrat”).

(15)

Kien hemm żewġ każi ksur waqt il-perjodu ta' l-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat:

(a)

Fil-kartell UE il-Ġappun, il-produtturi kkonċernati kisru l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE billi pparteċipaw, flimkien ma' produtturi oħrajn, fi ftehim li jipprovdi, inter alia, għall-ħarsien tas-swieq domestiċi rispettivi tagħhom għal pajpijiet u tubi standard threaded mingħajr qtugħ OCTG u LP. Il-ksur dam sejjer mill-1990 sa l-1995, għalkemm ma setgħax ikun ippruvat b'mod ċar meta attwalment waqfu l-operazzjonijiet fl-1995.

(b)

F'kartell Ewropew parallel il-produtturi kisru l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE billi kkonkludew, fil-kuntest ta' l-imġiba anti-kompettitiva imsemmija taħt (a), kuntratti li rriżultaw fit-tqassim tal-provvisti ta' pajpijiet u tubi OCTG plain end. Dan il-ksur dam mill-1991 sal- 1999 u mill-1993 sal-1997 għal wieħed mill-produtturi kkonċernati fl-investigazzjoni ta' anti-dumping.

(16)

Il-ksur imsemmi taħt reċitazzjoni 15(b) ma jaffetwax direttament l-investigazzjoni ta' anti-dumping minħabba li l-prodott ikkonċernat jaqa' taħt Kodiċi NM 7304 21, i.e. barra l-iskop ta' l-investigazzjoni ta' anti-dumping.

(17)

Fir-rigward tal-ksur imsemmi taħt reċitazzjoni 15(a) il-perjodu komuni fiż-żmien bejn il-perjodu ta' l-investigazzjoni tal-proċediment ta' anti-dumping u l-operazzjoni tal-kartell UE-il-Ġappun jibda jgħodd mill-1 ta' Settembru 1995 sal-31 ta' Diċembru 1995. Fir-rigward tal-perjodu kkunsidrat, il-perjodu komuni huwa minn Jannar 1992 sal-31 ta' Diċembru 1995.

5.   Analiżi

(18)

Kif intqal hawn fuq, hemm perjodu komuni parzjali bejn il-proċediment ta' anti-dumping u s-seħħ ta' l-imġiba anti-kompettitiva. Il-prodott suġġett għall-imġiba anti-kompettitiva jaqa' parzjalment fl-iskop tal-prodott ta' l-investigazzjoni ta' anti-dumping (reċitazzjoni 12). Il-perjodu ta' l-investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat fil-proċediment ta' anti-dumping u l-perjodu li fih instab il-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, huma komuni f'parti minnhom. (reċitazzjoni 17). Fl-aħħar, parti mill-produtturi tal-Komunità involuti fl-imġiba anti-kompettitiva kienu wkoll jagħmlu parti mill-industrija tal-Komunita' kif definita fil-proċediment ta' anti-dumping. (reċitazzjoni 13).

(19)

Peress li l-elementi koumni fl-iskop tal-prodott, il-kumpaniji involuti u li l-perjodu ta' żmien taż-żewġ proċedimenti huwa biss parzjali, instab li l-impatt ta' din l-imġiba anti-kompettitiva affetwat b'mod limitat l-investigazzjoni ta' anti--dumping li fuqha ġew ibbażati d-dazji definittivi imposti fl-1997. Barra minn hekk, meta jiġi eskluż it-tagħrif dwar il-kumpaniji li nstabu li kienu kisru l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat tal-KE, ir-riżultati jidhru li jibqgħu komparabbli ma' dawk ikkalkulati fuq il-bażi tat-tagħrif ta' l-għaxar produtturi tal-Komunità li kkoperaw, inklużi dawk li qed jipparteċipaw fl-imġiba anti-kompettitiva hawn fuq imsemmija, i.e. dumping offensiv xorta jibqa' jeżisti. Għalhekk, ma hux probabbli li l-aġir anti-kompettitiv tal-produtturi tal-Komunità ħalla xi impatt materjali fuq is-sejbiet oriġinali ta' l-investigazzjoni ta' anti-dumping. Madankollu, ma jistax ikun ikkonfermat b'ċertezza jekk il-kundizzjonijiet tas-suq ġenerali kienux ikunu l-istess fin-nuqqas ta' dan l-imġiba anti-kompettitiva.

6.   Konklużjoni

(20)

In vista ta' dak li ntqal hawn fuq, huwa meqjus xieraq li ma jkunux applikati aktar il-miżuri stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2320/97. Dan jaqbel mal-prinċipji ta' amministrazzjoni soda u prassi amministrattiva tajba. Barra minn hekk, għandu jkun innotat li fil-kuntest tar-reviżjonijiet interim u ta' skadenza li għadhom għaddejjin, sejbiet ġodda għandhom ikunu disponibbli fil-futur qarib biex jippermettu stima għall-futur abbażi ta' tagħrif li b'mod ċar mhux affetwat mill-imġiba anti-kompettitiva. Sakemm l-eżami li għaddej jintemm, id-dazji m'għandhomx jinġabru aktar. Isegwi wkoll minn dak li ntqal hawn fuq li l-garanziji li huma preżentement fis-seħħ ma jiġux aktar applikati sakemm ikun hemm ir-riżultati ta' l-eżami li għaddej.

(21)

Il-partijiet interessati kienu mgħarrfa bl-intenzjoni li ma jkunux applikati aktar japplikawx il-miżuri stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2320/97. Huma ingħataw ukoll perjodu li fih jistgħu jagħmlu l-osservazzjonijiet sussugwentement għal dan l-iżvelar.

(22)

L-argumenti verbali u miktuba sottomessi mill-partijiet tqiesu u fejn kien xieraq, ġew ikkunsidrati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 2320/97 l-Artikolu li ġej għandu jiżdied:

“Artikolu 8

L-Artikoli 1, 2, u 3 ma għandhomx ikunu applikati mill-21 ta' Lulju 2004.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' L-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-16 ta' Lulju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

A. NICOLAÏ


(1)  ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 322, 25.11.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 235/2004 (ĠU L 40, tat-12.2.2004, p. 11).

(3)  ĠU L 322, tal-25.11.97, p. 63.

(4)  ĠU L 23, tat-28.1.2000, p. 78.

(5)  ĠU C 288, tat-23.11.2002, p. 2.

(6)  ĠU L 140, tas-6.6.2003, p. 1.


Fuq