EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0998

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 998/2004 tas- 17 ta' Mejju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 950/2001 li jimponi dazju ta' anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu fojl ta' l-aluminju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Russja

ĠU L 183, 20.5.2004, p. 4–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 43–45 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/05/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/998/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

43


IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 998/2004

tas-17 ta' Mejju 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 950/2001 li jimponi dazju ta' anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu fojl ta' l-aluminju li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Russja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8, 11(3) u 22 (ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 950/2001 (2) il-Kunsill impona dazju ta' anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet għall-Komunità ta' ċertu fojl ta' l-aluminju (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġina fost pajjiżi oħra fir-Russja. B'deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/381/KE) tas-16 ta' Mejju 2001 (3) ġie aċċettat impenn għal produttur esportatur Russu “United Company Siberian Aluminium”.

(2)

Ir-rata tad-dazju applikabbli fuq il-prezz nett, liberu-fil-fruntiera-Kommunitarja, qabel id-dazju, ġiet stabbilita bħala 14,9 % għall-importazzjonijiet mir-Russja tal-prodott ikkonċernat skond ir-Regolament (KE) Nru 950/2001.

2.   Investigazzjoni

(3)

Fl-20 ta' Marzu 2004 il-Kummissjoni ddikjarat permezz tal-publikazzjoni ta' avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (4) l-bidu ta' numru ta' reviżjonijiet interim parzjali ta' miżuri ta' anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċertu prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fil-Federazzjoni Russa, fl-Ukrajna u fir-Repubblika tal-Belarus skond l-Artikoli 11(3) u 22 (ċ) tar-Regolament bażiku. Il-miżura ta' anti-dumping imposta fuq importazzjonijiet ta' ċertu fojl ta' l-aluminju li joriġinaw fir-Russja hi waħda mill-miżuri li tagħhom bdiet ir-reviżjoni (“il-miżuri”).

(4)

Ir-reviżjoni ngħatat bidu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġi eżaminat jekk, bħala konsegwenza tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 (“it-tkabbir”), ikunx xieraq li l-miżuri jiġu addattatiThe review was launched at the initiative of the Commission in order to examine whether, as a consequence of the enlargement of the European Union on 1 May 2004 (“enlargement”), it would be appropriate to adapt the measures.

(5)

Billi ċerta kwantità ta' importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Russja hi fil-preżent suġġetta għal impenn ta' prezz għal volum speċifiku, ir-reviżjoni tal-miżuri ngħatat bidu sabiex ikun eżaminat jekk dan l-impenn, li kien imfassal abbażi ta' data għal Komunità ta' 15-il Stat Membru, għandux ikun addattat biex jieħu kont tat-tkabbir.

3.   Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni

(6)

Il-partijiet kollha nteressati magħrufa lill-Kummissjoni, inkluża l-industrija Komunitarja, assoċjazzjonijiet ta' produtturi jew utenti fil-Komunità, esportaturi/produtturi fil-pajjizi kkonċernati importaturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi kkonċernati kif ukoll partijiet interessati fl-għaxar Stati Membri ġodda li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 (“l-10 ta' l-UE”) kienu avvżati bil-bidu ta' l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità li jagħmlu magħrufa l-fehmiet tagħhom bil-kitba, li jippreżentaw informazzjoni u li jipprovdu provi ta' sostenn fil-limitu taż-żmien indikat fl-avviż tal-bidu. Il-partijiet interessati kollha li għamlu tali talba u li wrew li kien hemm raġunijiet għala huma kellhom jingħataw widen kienu ngħataw udjenza.

(7)

F'dan ir-rigward, il-partijiet interessati li ġejjin taw il-fehmiet tagħhom:

(a)

Assoċjazzjoni ta' Produtturi Komunitarji:

Eurometaux, Brussel, il-Belġju

(b)

Produtturi esportaturi:

JSC “United Company Siberian Aluminim”, Moska, ir-Russja.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(8)

Il-prodott ikkonċernat hu fojl ta' l-aluminju ta' ħxuna ta' 0,009 mm jew aktar imma mhux aktar minn 0,018 mm, mhux rinforzat, mhux maħdum iktar minn irrumblat, ippreżentat f'rukkelli ta' wisa' ta' mhux aktar minn 650 mm, bħalissa klassifikabbli fil-kodiċi NM ex 7607 11 10. Il-prodott ikkonċernat hu komunement magħruf bhala folja ta' l-aluminju tad-dar (“AHF”).

(9)

L-AHF jiġi manifatturat bl-irrumblar ta' ingotti jew fojl-stock sa l-ħxuna mixtieqa. La darba rrumblat, il-fojl jigi ttemprat bi proċess termali biex isir flessibli. Ladarba rrumblat u ttemprat l-AHF jiġi ppreżentat fuq rukkelli ta' wisa' li ma teċċedix il-650 mm. Id-dimensjoni tar-rukkell tkun determinanti għall-użu tiegħu, billi min ser juża dan il-prodott (“spoolers” jew “rewinders”) se jimmonta l-AHF fuq end-rolls zgħar destinati għall-bejgħ bl-imnut. L-AHF imkebbeb mill-ġdid fuq rollijiet izgħar huwa mbagħad użat għal tgezwir b'ħafna skopijiet u ta' użu qasir (l-aktar fid-djar, fil-catering u fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut ta' l-ikel u tal-fjuri).

Ċ.   RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJONIJIET

1.   Talbiet magħmula minn partijiet interessati

(10)

Il-produttur esportatur Russu suġġett għall-impenn ta' prezz issottometta li l-volum ta' importazzjonijiet li għalihom japplika l-impenn ta' prezz kien stabbilit abbażi tal-bejgħ tiegħu fuq is-suq ta' l-15 ta' l-UE u li, għaldaqstant, l-impenn għandu jiġi rivedut sabiex jieħu kont xieraq tas-suq ta' l-25 ta' l-UE. Hu ddikjara li reviżjoni bħal din kienet essenzjali sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni favur esportaturi oħra tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE.

2.   Kummenti ricevuti minn Stati Membri

(11)

L-Istati Membri għamlu magħrufa l-opinjonijiet tagħhom u l-maġġoranza tagħhom jappoġġaw l-addattament tal-miżuri sabiex jittieħed kont tat-tkabbir.

3.   Stima

(12)

Saret analiżi tad-data u l-informazzjoni disponibbli li kkonfermat li l-volumi ta' importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-Russja fl-10 ta' l-UE kienu sinifikanti. Meta jitqies li l-volum ta' importazzjonijiet suġġett għall-impenn ta' prezz bħalissa fis-seħħ kien stabbilit abbażi ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' 15-il Stat Membru, dan ma jieħux in kunsiderazzjoni l-effett taż-żieda fis-suq wara t-tkabbir.

4.   Konklużjoni

(13)

Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li sabiex jittieħed kont tat-tkabbir ikun xieraq li l-miżuri jkunu addattati sabiex issir proviżjoni għall-volum addizzjonali ta' importazzjonijiet fis-suq ta' l-10 ta' l-UE.

(14)

Il-volum oriġinali ta' importazzjonijiet suġġett għall-impenn ta' prezz għall-15 ta' l-UE kien ikkalkolat abbażi ta' l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni oriġinali tal-produttur Russu li għalih impenn kien aċċettat. L-ammont ta' żieda fil-volum ta' importazzjonijiet soġġetti għall-impenn ta' prezz ġie kalkolat bl-istess metodu ta' kalkolu.

(15)

Għal dan l-iskop, hu kkunsidrat xieraq li l-Kummissjoni tista' taċċetta l-proposta għal impenn modifikat li jirrifletti s-sitwazzjoni wara t-tkabbir u abbażi tal-metodu deskritt fir-reċitazzjoni 14 tal-preambolu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni tista' taċċetta proposta għal impenn modifikat li jżid il-volum ta' importazzjonijiet suġġett għall-impenn ta' prezz aċċettat bid-Deċiżjoni 2001/381/KE fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl ta' l-aluminju li joriġinaw fir-Russja. Iż-żieda għandha tiġi kkalkolata billi jintuża l-istess metodu ta' kalkolu li kien użat meta l-impenn ta' prezz oriġinali ġie stabbilit għal Komunità ta' 15-il Stat Membru, jiġifieri abbażi ta' l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità tal-prodottur Russu li għalih ġie aċċettat impenn.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta' Mejju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. COWEN


(1)  ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 134, tas-17.5.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 134, tas-17.5.2001, p. 67.

(4)  ĠU L 70, ta' l-20.3.2004, p. 15.


Top