Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004E0534

    Azzjoni Kunġunta tal-Kunsill 2004/534/PESK tat- 28 ta' Ġunju 2004 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani u li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/873/PESK

    ĠU L 234, 3.7.2004, p. 18–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 97–97 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2004/534/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    97


    AZZJONI KUNĠUNTA TAL-KUNSILL 2004/534/PESK

    tat-28 ta' Ġunju 2004

    li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani u li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/873/PESK

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-8 ta' Diċembru 2003 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/873/PESK (1) li temenda u testendi sat-30 ta' Ġunju 2004 il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paci fil-Lvant Nofsani.

    (2)

    Abbażi ta' reviżjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/873/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż.

    (3)

    Fis-17 ta' Novembru 2003, il-Kunsill adotta linji gwida dwar il-ħatra, l-mandat u l-iffinanzjar tar-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    (4)

    Ir-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiħżien u tkun ta' ħsara għall-għanijiet tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sinjur Marc OTTE bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2003/873/PESK, hu hawnhekk estiż sat-28 ta' Frar 2005.

    Artikolu 2

    L-Artikolu 5 1 ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/873/PESK huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1)

    Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta' referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat tal-EUSR għandu jkun ta' EUR 1 030 000.”

    2)

    Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

    “5.   It-tagħmir u l-provvisti ta' l-uffiċċju ta' Brussel ta' l-EUSR għall Proċess ta' Paċi tal-Lvant Nofsani għandhom ikunu mixtrija jew mikrija f'isem l-Unjoni Ewropea u għaliha.”

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-28 ta' Ġunju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. CULLEN


    (1)  ĠU L 326, tat-13.12.2003, p. 46.


    Top