Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004E0532

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/532/PESK tat- 28 ta' Ġunju 2004 li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofs in-Nhar

    ĠU L 234, 3.7.2004, p. 16–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 95–95 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2004/532/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    95


    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/532/PESK

    tat-28 ta' Ġunju 2004

    li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofs in-Nhar

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod speċjali, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-8 ta' Diċembru 2003 il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2003/872/PESK (1) li temenda u testendi sat-30 ta' Ġunju 2004 il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofs in-Nhar (“EUSR”).

    (2)

    Abbażi ta' reviżjoni ta' dik l-Azzjoni Konġunta, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż.

    (3)

    Fit-28 ta' Ġunju 2004 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/523/PESK dwar il-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt ta' l-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUJUST THEMIS (2). Dik l-Azzjoni Konġunta tipprevedi rwol speċifiku għall-EUSR għall-Kawkasu tan-Nofs in-Nhar. Il-mandat ta' l-EUSR għandu jiġi emendat f'dan is-sens.

    (4)

    Fis-17 ta' Novembru 2003 il-Kunsill adotta linji gwida dwar il-ħatra, l-mandat u l-iffinanzjar tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    (5)

    L-EUSR ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista tiħżien u tkun ta' ħsara għall-għanijiet tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sinjur Heikki TALVITIE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Kawkasu tan-Nofs in-Nhar, kif stabbilit fil-Posizzjoni Komuni 2003/872/PESK, hu hawnhekk estiż sat-28 ta' Frar 2005.

    Artikolu 2

    L-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK hija hawnhekk emendata kif ġej:

    (a)

    Il-punt li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 3:

    “(g)

    ikollu sorveljanza politika tal-Missjoni ta' l-Istat tad-Dritt fil-Ġeorġja, EUJUST THEMIS, stabbilita bl-Azzjoni Konġunta 2004/…/PESK, biex jiggwida lill-Kap tal-Missjoni (bi qbil mas-SĠ/RGħ), u biex jirrapporta lill-Kunsill (permezz tas-SĠ/RGħ) dwar l-attivitajiet ta' din il-Missjoni”;

    (b)

    L-Artikolu 5 (1) għandu jaqra kif ġej:

    “1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat tal-EUSR għandu jkun ta' EUR 396 000”.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-28 ta' Ġunju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. CULLEN


    (1)  ĠU L 326, tat-13.12.2003, p. 44.

    (2)  ĠU L 228, tad-29.6.2004, p. 21.


    Top