Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0684

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta' Ġunju 2004 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 312, 9.10.2004, p. 18–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 423–423 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/684/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    423


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-8 ta' Ġunju 2004

    li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni

    (2004/684/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

    Billi:

    (1)

    fit-22 ta' Jannar 2002 (1) il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni,

    (2)

    sar vakanti post ta' membru tal-Kumitat tar-Reġjuni wara r-riżenja tas-Sinjur Berndt RÖDERS, notifikata lill-Kunsill fil-5 ta' Mejju 2004,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Is-Sinjur Rolf HARLINGHAUSEN, Mitglied des Europaausschusses der Hamburgischen Bürgerschaft, hu b'dan maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sinjur Berndt RÖDER għall-bqija tal-mandat tiegħu, li jkompli sal-25 ta' Jannar 2006.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-8 ta' Ġunju 2004.

    Għall-Kunsill,

    Il-President

    M. McDOWELL


    (1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.


    Top