Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 52023M10806
Initiation of proceedings (Case M.10806 – BROADCOM / VMWARE) (Text with EEA relevance) 2023/C 320/01
Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.10806 — BROADCOM / VMWARE) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 320/01
Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.10806 — BROADCOM / VMWARE) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 320/01
C/2022/9983
ĠU C 320, 11.9.2023, p. 1-1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
11.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/1 |
Bidu ta’ proċeduri
(Il-Każ M.10806 — BROADCOM / VMWARE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 320/01)
Fil- 20 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.10806 — BROADCOM / VMWARE, fl-indirizz li ġej:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).