This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023M11145
Prior notification of a concentration (Case M.11145 – SCANIA/SENNDER/JV) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2023/C 274/10
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11145 – SCANIA/SENNDER/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 274/10
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.11145 – SCANIA/SENNDER/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 274/10
PUB/2023/1042
ĠU C 274, 3.8.2023, pp. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
3.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 274/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11145 – SCANIA/SENNDER/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 274/10)
1.
Fis-26 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Scania CV AB (“Scania”, l-Iżvezja), li tappartjeni għall-grupp Volkswagen (“Volkswagen”, il-Ġermanja), |
|
— |
sennder Technologies GmbH (“sennder”, il-Ġermanja), |
|
— |
Kumpanija ġdida (il-joint venture, “JV fil-Mira”, il-Ġermanja). |
Scania u sennder se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Scania hija attiva madwar id-dinja bħala żviluppatur u manifattur ta’ trakkijiet u xarabanks għall-applikazzjonijiet tat-trasport, inklużi vetturi kummerċjali elettriċi bil-batterija, finanzjament tal-vetturi, assikurazzjoni, u servizzi ta’ kiri. Volkswagen hija manifattur tal-karozzi, attiva madwar id-dinja fil-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali, muturi, magni, u turbomakkinarju, kif ukoll fil-forniment ta’ servizzi relatati, inkluż il-finanzjament, il-kiri, u l-ġestjoni tal-flotta, |
|
— |
sennder hija speditur diġitali tal-merkanzija bit-triq li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ tagħbija sħiħa tat-trakkijiet tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku lill-ispedituri madwar l-Ewropa. |
3.
Il-JV fil-mira se toħloq offerta ta’ “Vettura bl-elettriku bħala Servizz” li tinkludi l-provvista ta’ BEVs heavy-duty ibbażati fuq mudell ta’ ħlas skont l-użu flimkien ma’ servizzi diġitali, fiżiċi u kummerċjali assoċjati li jippermettu lit-trasportaturi żgħar u ta’ daqs medju jelettrifikaw il-flotta tagħhom u jużaw BEVs fin-negozji tagħhom. L-offerta tagħha se tkun ġeografikament iffukata fuq il-Ġermanja fil-fażi tal-bidu inizjali iżda tista’ tiġi introdotta wkoll f’pajjiżi ġirien Ewropej oħra f’nofs it-terminu.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11145 – SCANIA/SENNDER/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).