Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0083

    Kawża T-83/23: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 – VP vs Il-Parlament

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/61


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 – VP vs Il-Parlament

    (Kawża T-83/23)

    (2023/C 155/78)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrent: VP (rappreżentant: M. Brzozowska, avukata)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew Nru D 314619 tas-16 ta’ Diċembru 2022 li tikkonstata fastidju psikoloġiku mwettaq mir-rikorrent fil-konfront ta’ assistenta parlamentari akkreditata;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba;

    2.

    It-tieni motiv huwa ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll nuqqas ta’ dmir ta’ diliġenza.


    Top