Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0743

    Kawża T-743/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Mazepin vs Il-Kunsill (“Miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Talba għal miżuri provviżorji – Fumus boni juris – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”)

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 59–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/59


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Mazepin vs Il-Kunsill

    (Kawża T-743/22 R)

    (“Miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Talba għal miżuri provviżorji - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”)

    (2023/C 155/77)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Nikita Dmitrievich Mazepin (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto, V. Villante, T. Marembert u A. Bass, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rurarz u P. Mahnič, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tat-talba tiegħu bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), u tal-att tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2022 li jżomm ismu fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16), kif emendata, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64), kif emendat, sa fejn dawn l-atti jipprekluduh milli jinnegozja r-reklutaġġ tiegħu bħala sewwieq professjonali tal-Formula 1 jew bħala sewwieq ta’ kampjonati sportivi oħra li jsiru wkoll jew biss fit-territorju tal-Unjoni Ewropea kif ukoll li jieħu sehem fil-Grand Prix, provi, taħriġ u sessjonijiet liberi tal-Formula 1 u fil-kampjonati l-oħra tal-isport tal-karozzi, tlielaq, provi, taħriġ u sessjonijiet liberi li jsiru fit-territorju tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, l-għoti tal-miżuri provviżorji kollha li jippermettulu jinnegozja r-reklutaġġ tiegħu bħala sewwieq professjonali tal-Formula 1 jew bħala sewwieq ta’ kampjonati oħra tal-isport tal-karozzi li jsiru wkoll jew biss fit-territorju tal-Unjoni, li jiġi rreklutat bħala sewwieq mit-timijiet li jipparteċipaw fil-kampjonati inkwistjoni kif ukoll li jeżerċita d-drittijiet u jwettaq l-obbligi li joħorġu mir-reklutaġġ inkwistjoni, inkluż li jieħu sehem fil-Grand Prix, provi, taħriġ u sessjonijiet liberi tal-Formula 1 u fil-kampjonati l-oħra, tlielaq, taħriġ u sessjonijiet liberi tal-isport tal-karozzi li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Hija sospiża l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u tal-att tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2022 li jżomm ismu fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendata, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendat, sa fejn isem N. Mazepin inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi u biss sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex ikun jista’ jinnegozja r-reklutaġġ tiegħu bħala sewwieq professjonali tal-Formula 1 jew bħala sewwieq f’kampjonati oħra tal-isport tal-karozzi li jsiru wkoll jew biss fit-territorju tal-Unjoni, kif ukoll biex jieħu sehem fil-Grand Prix, provi, taħriġ u sessjonijiet liberi tal-Formula 1 u fil-kampjonati l-oħra, tlielaq, taħriġ u sessjonijiet liberi tal-isport tal-karozzi li jseħħu fit-territorju tal-Unjoni. Għal dan il-għan N. Mazepin huwa permess biss li, l-ewwel, jidħol fit-territorju tal-Unjoni sabiex jinnegozja u jikkonkludi ftehimiet ma’ tim tat-tlielaq jew ma’ sponsors li ma humiex relatati mal-attivitajiet ta’ N. Dmitry Arkadievich Mazepin jew relatati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li isimhom jidher fil-listi inklużi fl-anness tad-Deċiżjoni 2014/145 u tar-Regolament Nru 269/2014, it-tieni, li jidħol fit-territorju tal-Unjoni sabiex jipparteċipa bħala sewwieq titulari jew ta’ riżerva fil-kampjonati tal-Formula 1 tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi (FIA) jew f’kampjonati oħra, f’taħriġ, provi, jew sessjonijiet liberi, anki bil-għan li jikseb it-tiġdid tas-Super Liċenzja tiegħu, it-tielet, jidħol fit-territorju tal-Unjoni sabiex jgħaddi mill-eżamijiet mediċi imposti mill-FIA jew mit-tim tat-tlielaq tiegħu, ir-raba’, jidħol fit-territorju tal-Unjoni sabiex jieħu sehem f’attivitajiet ta’ tlielaq, sponsorizzazzjoni u promozzjonali fuq talba tat-tim tat-tlielaq tiegħu jew tal-isponsors tiegħu, il-ħames, jiftaħ kont bankarju li fih jistgħu jitħallsu lilu salarju, bonuses, benefiċċji tat-tim tat-tlielaq tiegħu u kontribuzzjonijiet finanzjarji minn sponsors aċċettati mit-tim tiegħu u, is-sitt, juża l-kont bankarju u karta ta’ kreditu biss sabiex ikopri l-ispejjeż li jippermettu lil sewwieq professjonali jivvjaġġa fit-territorju tal-Unjoni, jinnegozja u jikkonkludi ftehimiet ma’ tim tat-tlielaq jew ma’ sponsors u jipparteċipa f’kampjonati, Grand Prix, tlielaq, taħriġ, provi jew sessjonijiet liberi fl-Istati Membri tal-Unjoni.

    F’każ ta’ reklutaġġ bħala sewwieq tal-Formula 1 jew bħala sewwieq għal kampjonati oħra tal-isport tal-karozzi li jseħħu wkoll jew biss fit-territorju tal-Unjoni, N. Mazepin għandu jobbliga ruħu li jtellaq taħt bandiera newtrali u li jiffirma l-impenn tas-sewwieqa mitlub mill-FIA għal dan il-għan.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top