EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0096

Kawża T-96/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – Kampete vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi”)

ĠU C 155, 2.5.2023, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/56


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – Kampete vs Il-Kunsill

(Kawża T-96/22) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjoni fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fil-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi”)

(2023/C 155/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ilunga Kampete (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2181 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 75), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/2177 tad-9 ta’ Diċembru 2021 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2021, L 443, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernawh.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ilunga Kampete huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


Top