Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0065

    Kawża T-65/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – PS vs BEI (“Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Sigurtá soċjali – Sistema ta’ assigurazzjoni tal-inċidenti fuq ix-xogħol u tal-mard professjonali – Invalidità totali u permanenti – Oriġini professjonali tal-marda – Kuntratt konkluż ma’ kumpannija ta’ assigurazzjoni – Estensjoni tal-obbligi li jibqgħu fir-responsabbiltà tal-BEI)

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/52


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – PS vs BEI

    (Kawża T-65/22) (1)

    (“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Sigurtá soċjali - Sistema ta’ assigurazzjoni tal-inċidenti fuq ix-xogħol u tal-mard professjonali - Invalidità totali u permanenti - Oriġini professjonali tal-marda - Kuntratt konkluż ma’ kumpannija ta’ assigurazzjoni - Estensjoni tal-obbligi li jibqgħu fir-responsabbiltà tal-BEI”)

    (2023/C 155/66)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: PS (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: K. Carr u E. Manoukian, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent jitlob, fl-ewwel lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tat-12 ta’ Lulju 2021 sa fejn tirrifjutalu l-ħlas ta’ EUR 233 500 bħala danni materjali u morali, fit-tieni lok, il-kundanna tal-BEI li tħallsu kumpens għal marda professjonali li huwa allegatament laqat u, fit-tielet lok, il-kundanna tal-BEI għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 24 000 b’kumpens tad-dannu morali allegat fid-dawl tal-istat tas-saħħa tiegħu.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    PS huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 128, 21.3.2022.


    Top