Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62021TA0372

    Kawża T-372/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – Sympatex Technologies vs EUIPO – Liwe Española (Sympathy Inside) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Sympathy Inside – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea INSIDE. – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1)] – Assenza ta’ bidla tal-karattru distintiv”)

    ĠU C 155, 2.5.2023г., стр. 49—49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/49


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023 – Sympatex Technologies vs EUIPO – Liwe Española (Sympathy Inside)

    (Kawża T-372/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Sympathy Inside - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea INSIDE. - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1)] - Assenza ta’ bidla tal-karattru distintiv”)

    (2023/C 155/62)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Sympatex Technologies (Unterföhring, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Strauß, avukata)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Predonzani u D. Gája, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Liwe Española, SA (Puente Tocinos, Spanja) (rappreżentant: Á. Pérez Lluna, avukat)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropa (EUIPO) tas-26 ta’ April 2021 (Każ R 1777/2018-5).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Sympatex Technologies GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 329, 16.8.2021.


    Нагоре