EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0086

Kawża C-86/23, HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulġarija) fil-15 ta’ Frar 2023 – E.N.I., Y.K.I. vs HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

ĠU C 155, 2.5.2023, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulġarija) fil-15 ta’ Frar 2023 – E.N.I., Y.K.I. vs HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

(Kawża C-86/23, HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung)

(2023/C 155/45)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.N.I., Y.K.I.

Konvenut: HUK-COBURG-Allgemeine Versicherung AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Istat Membru, bħalma huwa l-prinċipju ta’ ekwità, sabiex jiġi kkalkolat il-kumpens għad-dannu morali fil-każ tal-mewt ta’ qraba li jirriżulta minn delitt, tista’ titqies li hija dispożizzjoni obbligatorja prevalenti fis-sens ta’ dan l-artikolu?


(1)  ĠU 2007, L 199, p. 40.


Top