Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0477

    Kawża C-477/21, MÁV-START: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Miskolci Törvényszék – l-Ungerija) – IH vs MÁV-START Vasúti Személyszállító Zrt. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Direttiva 2003/88/CE – Artikoli 3 u 5 – Serħan ta’ kuljum u serħan ta’ kull ġimgħa – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu ta’ serħan ta’ kull ġimgħa minimu ta’ tnejn u erbgħin siegħa – Obbligu li jingħata s-serħan ta’ kuljum – Metodi ta’ għoti)

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Miskolci Törvényszék – l-Ungerija) – IH vs MÁV-START Vasúti Személyszállító Zrt.

    (Kawża C-477/21 (1), MÁV-START)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/88/CE - Artikoli 3 u 5 - Serħan ta’ kuljum u serħan ta’ kull ġimgħa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu ta’ serħan ta’ kull ġimgħa minimu ta’ tnejn u erbgħin siegħa - Obbligu li jingħata s-serħan ta’ kuljum - Metodi ta’ għoti)

    (2023/C 155/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Miskolci Törvényszék

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: IH

    Konvenut: MÁV-START Vasúti Személyszállító Zrt.

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, moqri fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    is-serħan ta’ kuljum previst fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva ma jifformax parti mill-perijodu ta’ serħan ta’ kull ġimgħa previst fl-imsemmi Artikolu 5, iżda jiżdied miegħu.

    2)

    L-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 2003/88, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

    għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

    meta leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi perijodu ta’ serħan ta’ kull ġimgħa li jaqbeż il-perijodu ta’ ħamsa u tletin siegħa konsekuttiva, hemm lok li l-ħaddiem jingħata, minbarra dan il-perijodu, is-serħan ta’ kuljum hekk kif huwa ggarantit mill-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva.

    3)

    L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88, moqri fid-dawl tal-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    meta ħaddiem jingħata perijodu ta’ serħan ta’ kull ġimgħa, dan għandu wkoll id-dritt li jibbenefika minn perijodu ta’ serħan ta’ kuljum li jiġi qabel l-imsemmi perijodu ta’ serħan ta’ kull ġimgħa.


    (1)  ĠU C 471, 22.11.2021


    Top