Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0410

    Kawżi magħquda C-410/21 u C-661/21, DRV Intertrans et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra FU, DRV Intertrans BV (C-410/21), u Verbraeken J. en Zonen BV, PN (C-661/21) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ħaddiema migranti – Sigurtà soċjali – Leġiżlazzjoni applikabbli – Regolament (KE) Nru 987/2009 – Artikolu 5 – Ċertifikat A 1 – Irtirar proviżorju – Effett vinkolanti – Ċertifikat miksub jew użat b’mod frawdolenti – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 13(1)(b)(i) – Persuni li normalment iwettqu attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew iktar – Applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tas-sede tal-kumpannija – Kunċett ta’ “sede” – Impriża li tkun kisbet liċenzja Komunitarja ta’ trasport bis-saħħa tar-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009 u (KE) Nru 1072/2009 – Effett – Liċenzja miksuba jew użata b’mod frawdolenti)

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – proċeduri kriminali kontra FU, DRV Intertrans BV (C-410/21), u Verbraeken J. en Zonen BV, PN (C-661/21)

    (Kawżi magħquda C-410/21 u C-661/21 (1), DRV Intertrans et)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ħaddiema migranti - Sigurtà soċjali - Leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 5 - Ċertifikat A 1 - Irtirar proviżorju - Effett vinkolanti - Ċertifikat miksub jew użat b’mod frawdolenti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 13(1)(b)(i) - Persuni li normalment iwettqu attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew iktar - Applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tas-sede tal-kumpannija - Kunċett ta’ “sede” - Impriża li tkun kisbet liċenzja Komunitarja ta’ trasport bis-saħħa tar-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009 u (KE) Nru 1072/2009 - Effett - Liċenzja miksuba jew użata b’mod frawdolenti)

    (2023/C 155/15)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van Cassatie

    Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

    FU, DRV Intertrans BV (C-410/21), u Verbraeken J. en Zonen BV, PN (C-661/21)

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    ċertifikat A 1 maħruġ minn istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru jorbot lill-istituzzjonijiet u lill-qrati ta’ Stat Membru fejn isir ix-xogħol, inkluż meta, wara li ssir talba sabiex dan iċ-ċertifikat jiġi eżaminat mill-ġdid u rtirat, indirizzata mill-istituzzjoni kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar lill-istituzzjoni li tkun ħarġet iċ-ċertifikat, din tal-aħħar tkun issospendiet provviżorjament l-effetti vinkolanti ta’ dan iċ-ċertifikat sakemm tiddeċiedi b’mod definittiv dwar din it-talba. Madankollu, f’tali ċirkustanzi, qorti tal-Istat Membru li fih isir ix-xogħol, adita fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra persuni ssuspettati li kisbu jew użaw l-istess ċertifikat A 1 b’mod frawdolenti, tista’ tikkonstata l-eżistenza ta’ frodi u konsegwentement, għall-finijiet ta’ dawn il-proċeduri kriminali, tinjora dan iċ-ċertifikat, sakemm, minn naħa, ikun skada terminu raġonevoli mingħajr ma l-istituzzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat tkun wettqet eżami mill-ġdid tal-fondatezza tal-ħruġ ta’ dan l-istess ċertifikat u tkun ħadet pożizzjoni dwar il-provi konkreti ppreżentati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li jissuġġerixxu li l-imsemmi ċertifikat inkiseb jew intuża b’mod frawdolenti, permezz tal-annullament jew tal-irtirar, skont il-każ, taċ-ċertifikat inkwistjoni, u, min-naħa l-oħra, ikunu osservati l-garanziji inerenti għad-dritt għal smigħ xieraq li għandhom jingħataw lil dawn il-persuni.

    2)

    L-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendata bir-Regolament Nru 465/2012, moqri fid-dawl tal-Artikolu 3(1)(a) u tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE, kif ukoll l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    il-fatt li kumpannija jkollha liċenzja Komunitarja ta’ trasport bit-triq maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ma jikkostitwixxix, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tas-sigurtà soċjali applikabbli skont l-Artikolu 13(1)(b)(i) tar-Regolament Nru 883/2004 kif emendat bir-Regolament Nru 465/2012, prova inkonfutabbli tas-sede ta’ din il-kumpannija f’dan l-Istat Membru.


    (1)  ĠU C-391, 27.9.2021.

    ĠU C 84, 21.2.2022.


    Top