Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0375

    Kawża C-375/21, Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie” et: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie”, “Тhe Green Тank – grazhdansko sdruzhenie s nestopanska tsel” – ir-Repubblika Ellenika, NS vs Izpalnitelen director na Izpalnitelna agentsia po okolna sreda, “TETS Maritsa iztok 2” EAD Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Kwalità tal-arja ambjentali – Direttiva 2008/50/KE – Artikoli 13 u 23 – Valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Qbiż – Pjan dwar il-kwalità tal-arja – Direttiva 2010/75/UE – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Aġġornament ta’ awtorizzazzjoni għall-operat ta’ impjant termiku – Valur ta’ limitu tal-emissjonijiet – Artikolu 15(4) – Talba għal deroga li tistabbilixxi valuri limitu ta’ emissjoni inqas stretti – Tniġġis sinjifikattiv – Artikolu 18 – Osservanza tal-istandards ta’ kwalità ambjentali – Obbligi tal-awtorità kompetenti

    ĠU C 155, 2.5.2023, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie”, “Тhe Green Тank – grazhdansko sdruzhenie s nestopanska tsel” – ir-Repubblika Ellenika, NS vs Izpalnitelen director na Izpalnitelna agentsia po okolna sreda, “TETS Maritsa iztok 2” EAD

    (Kawża C-375/21, Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie”et(1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Kwalità tal-arja ambjentali - Direttiva 2008/50/KE - Artikoli 13 u 23 - Valuri limitu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Qbiż - Pjan dwar il-kwalità tal-arja - Direttiva 2010/75/UE - Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Aġġornament ta’ awtorizzazzjoni għall-operat ta’ impjant termiku - Valur ta’ limitu tal-emissjonijiet - Artikolu 15(4) - Talba għal deroga li tistabbilixxi valuri limitu ta’ emissjoni inqas stretti - Tniġġis sinjifikattiv - Artikolu 18 - Osservanza tal-istandards ta’ kwalità ambjentali - Obbligi tal-awtorità kompetenti)

    (2023/C 155/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Varhoven administrativen sad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sdruzhenie “Za Zemyata – dostap do pravosadie”, “Тhe Green Тank – grazhdansko sdruzhenie s nestopanska tsel” – ir-Repubblika Ellenika, NS

    Konvenuti: Izpalnitelen director na Izpalnitelna agentsia po okolna sreda, “TETS Maritsa iztok 2” EAD

    Dispożittiv

    L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) moqri flimkien mal-Artikolu 18 tagħha, kif ukoll mal-Artikoli 13 u 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal 21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    waqt l-eżami ta’ applikazzjoni għal deroga skont dan l-Artikolu 15(4), l-awtorità kompetenti għandha, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni d-data xjentifika rilevanti kollha dwar it-tniġġis, inkluż l-effett kumulattiv ma’ sorsi oħra ta’ sustanza li tniġġes inkwistjoni, kif ukoll il-miżuri previsti fil-pjan rilevanti dwar il-kwalità tal-arja mfassla għaż-żona jew l-agglomerazzjoni kkonċernata skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50, tirrifjuta tali deroga meta tista’ tikkontribwixxi biex jinqabżu l-istandards ta’ kwalità tal-arja ddefiniti taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50 jew li jiksru l-miżuri li jinsabu f’dan il-pjan immirati biex jassiguraw konformità ma’ dawn l-istandards u jillimitaw il-perijodu biex jinqabżuhom għal perijodu qasir kemm jista’ jkun.


    (1)  ĠU C 401, 04.10.2021.


    Top