Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0336

P9_TA(2022)0336 L-istabbiliment tal-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (COM(2021)0113 – C9-0095/2021 – 2021/0058(COD)) P9_TC1-COD(2021)0058 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 4 ta’ Ottubru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 regolament

ĠU C 132, 14.4.2023, p. 133–133 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 132, 14.4.2023, p. 73–73 (GA)

14.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/133


P9_TA(2022)0336

L-istabbiliment tal-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (COM(2021)0113 – C9-0095/2021 – 2021/0058(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2023/C 132/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0113),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0095/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2021 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta’ Ġunju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0312/2021),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 341, 24.8.2021, p. 106.


P9_TC1-COD(2021)0058

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 4 ta’ Ottubru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 regolament

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2022/2343.)


Top