EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0085

Kawża T-85/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-30 ta’ Novembru 2022 – Korporaciya “Masternet” vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali STAYER – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18 u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Klassifikazzjoni tal-prodotti li għalihom l-użu ġenwin ġie ppruvat)

ĠU C 35, 30.1.2023, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/58


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-30 ta’ Novembru 2022 – Korporaciya “Masternet” vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER)

(Kawża T-85/22) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali STAYER - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15 u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18 u l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Klassifikazzjoni tal-prodotti li għalihom l-użu ġenwin ġie ppruvat)

(2023/C 35/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZAO Korporaciya “Masternet” (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Bürglen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja) (rappreżentanti: P. Creta, A. Lanzarini, B. Costa u M. Lazzarotto, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (Każ R 932/2021-1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ZAO Korporaciya “Masternet” hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 158, 11.4.2022.


Top