This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022IP0244
European Parliament resolution of 9 June 2022 on the call for a Convention for the revision of the Treaties (2022/2705(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa' Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati (2022/2705(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa' Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati (2022/2705(RSP))
ĠU C 493, 27.12.2022, p. 109–109
(GA)
ĠU C 493, 27.12.2022, pp. 130–131
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 493/130 |
P9_TA(2022)0244
It-talba biex titlaqqa' Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa' Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati (2022/2705(RSP))
(2022/C 493/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta' Mejju 2022 dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (il-Konferenza), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Mejju 2022 dwar is-segwitu għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (2) u tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-verżjoni attwali tat-Trattati daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009 u billi l-Unjoni Ewropea ffaċċjat diversi kriżijiet u sfidi bla preċedent minn dak iż-żmien 'l hawn; |
|
B. |
billi fid-9 ta' Mejju 2022 il-Konferenza temmet il-ħidma tagħha u ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha, li fihom 49 proposta u 326 miżura; |
|
C. |
billi minbarra l-proposti leġiżlattivi, il-ftuħ ta' proċess ta' riformi istituzzjonali huwa meħtieġ sabiex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet u jiġu ssodisfati l-aspettattivi ta' dan il-proċess ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini; |
|
D. |
billi politiki ġodda u, f'xi każijiet, emendi tat-Trattat, huma meħtieġa mhux bħala mezz fihom infushom, iżda fl-interessi taċ-ċittadini kollha tal-UE, peress li għandhom l-għan li jsawru mill-ġdid l-UE b'mod li jsaħħaħ il-kapaċità tagħha li taġixxi, kif ukoll il-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tagħha; |
|
1. |
Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Konferenza tad-9 ta' Mejju 2022; |
|
2. |
Jirrimarka li f'konformità mat-test fundatur tal-Konferenza, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jsegwu b'mod effettiv il-konklużjonijiet tal-Konferenza, kull wieħed minnhom fl-ambitu tal-kompetenzi tiegħu u f'konformità mat-Trattati; |
|
3. |
Jinnota li diversi proposti tal-Konferenza jirrikjedu emendi għat-Trattati, u li l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament għandu jħejji proposti għal emendi tat-Trattat kif xieraq; |
|
4. |
Jirrimarka, speċjalment wara l-aktar kriżijiet reċenti, li t-Trattati jeħtieġ li jiġu emendati b'mod urġenti biex jiġi żgurat li l-Unjoni jkollha l-kompetenza li tieħu azzjoni aktar effettiva matul kriżijiet futuri; |
|
5. |
Jissottometti lill-Kunsill, skont il-proċedura ta' reviżjoni ordinarja stabbilita fl-Artikolu 48 tat-TUE, għal dawk ir-raġunijiet, il-proposti li ġejjin għall-emendar tat-Trattati, fost l-oħrajn:
|
|
6. |
Jipproponi b'mod aktar speċifiku li l-Artikoli tat-Trattat li ġejjin jiġu emendati kif ġej:
|
|
7. |
Jistieden lill-Kunsill iressaq dawn il-proposti direttament lill-Kunsill Ewropew għall-eżami, bil-għan li tissejjaħ Konvenzjoni magħmula minn rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali, tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri, tal-Parlament u tal-Kummissjoni; |
|
8. |
Jemmen li r-rappreżentanti tas-sħab soċjali tal-UE, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, is-soċjetà ċivili tal-UE u l-pajjiżi kandidati għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-Konvenzjoni; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2022)0141.