This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022XG1025(02)
Notice for the attention of the data subjects to whom the restrictive measures provided for in Council Decision 2010/638/CFSP concerning restrictive measures against the Republic of Guinea, as amended by Council Decision (CFSP) 2022/2052, and Council Regulation (EU) No 1284/2009 imposing certain specific restrictive measures in respect of the Republic of Guinea, as amended by Council Regulation (EU) 2022/2042 apply 2022/C 409/04
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042 2022/C 409/04
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042 2022/C 409/04
ĠU C 409, 25.10.2022, pp. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/5 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika tal-Guinea, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042
(2022/C 409/04)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 (1).
Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' proċessar huma d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052, u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009 (3), kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/2042.
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' proċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta' proċessar huwa r-RELEX.1 li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-iskop tal-operazzjoni ta' proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052, u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/2042.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji ta' elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2052 u r-Regolament (UE) Nru 1284/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/2042.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.