Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62022CN0463

    Kawża C-463/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Lulju 2022 – DP vs BMW Bank GmbH

    ĠU C 380, 3.10.2022, pagg. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 380/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Lulju 2022 – DP vs BMW Bank GmbH

    (Kawża C-463/22)

    (2022/C 380/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht München

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: DP

    Konvenut: BMW Bank GmbH

    Domandi preliminari

    1)

    Kuntratt mill-bogħod fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (1) u tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeżisti wkoll fejn l-uniku kuntatt personali waqt negozjati kuntrattwali kien ma’ intermedjarju tal-kreditu li jagħti bidu għal tranżazzjonijiet konklużi mal-konsumaturi f’isem u għan-nom tal-kummerċjant, iżda huwa stess ma għandu l-ebda setgħa ta’ rappreżentanza sabiex jikkonkludi l-kuntratti inkwistjoni?

    2)

    Ikun hemm kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju fis-sens tal-punti 8 u 9 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE meta n-negozjati kuntrattwali jkunu seħħew fil-post tan-negozju ta’ intermedjarju tal-kreditu li jagħti bidu għal tranżazzjonijiet konklużi mal-konsumaturi f’isem u għan-nom tal-kummerċjant, iżda huwa stess ma għandu l-ebda setgħa ta’ rappreżentanza sabiex jikkonkludi l-kuntratti inkwistjoni?

    3)

    Il-kuntratti ta’ leasing ta’ vetturi bil-mutur abbażi ta’ kontabbilizzazzjoni ta’ kilometri konklużi ma’ konsumatur jikkostitwixxu kuntratti ta’ servizzi finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2002/65/KE, inkorporat fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 321, rettifika fil-ĠU 2013, L 228, p. 14.

    (2)  ĠU 2011, L 304, p. 64.


    In alto