Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022AP0060

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/118/KE u d-Direttiva (UE) 2020/262 (riformulazzjoni) fir-rigward tal-ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż (COM(2021)0817 – C9-0016/2022 – 2021/0418(CNS))

ĠU C 347, 9.9.2022, p. 231–231 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 347, 9.9.2022, p. 205–205 (GA)

9.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/231


P9_TA(2022)0060

Ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/118/KE u d-Direttiva (UE) 2020/262 (riformulazzjoni) fir-rigward tal-ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż (COM(2021)0817 – C9-0016/2022 – 2021/0418(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2022/C 347/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0817),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0016/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0035/2022),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Top