Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 62022TN0394
Case T-394/22: Action brought on 4 July 2022 — Banque postale v SRB
Kawża T-394/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Banque postale vs SRB
Kawża T-394/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Banque postale vs SRB
ĠU C 311, 16.8.2022, p. 22-23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
16.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/22 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2022 – Banque postale vs SRB
(Kawża T-394/22)
(2022/C 311/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: La Banque postale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
bis-saħħa tal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2022/18 tal-11 ta’ April 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante tal-2022 lill-SRF sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti; |
|
— |
bis-saħħa tal-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara inapplikabbli d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (2) u tar-Regolament ta’ Delega (3):
|
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-391/22, Société Générale et vs SRB.
(1) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 15, p. 1).
(3) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).