Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0337

Kawża T-337/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Hochmann Marketing vs EUIPO (bittorrent) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li tikkonferma r-revoka ta’ deċiżjoni preċedenti – Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Talba għal konverżjoni f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali – Raġuni ta’ esklużjoni tal-konverżjoni – Nuqqas ta’ użu tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 139(2)(a) tar-Regolament 2017/1001 – Dritt għal smigħ – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

ĠU C 311, 16.8.2022, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2022 – Hochmann Marketing vs EUIPO (bittorrent)

(Kawża T-337/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell li tikkonferma r-revoka ta’ deċiżjoni preċedenti - Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Talba għal konverżjoni f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali - Raġuni ta’ esklużjoni tal-konverżjoni - Nuqqas ta’ użu tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 139(2)(a) tar-Regolament 2017/1001 - Dritt għal smigħ - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”)

(2022/C 311/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hochmann Marketing GmgH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Jennings, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Marzu 2020 (Każ R 187/2020-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hochmann Marketing GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


Top