Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“
Dokumentas 62021CA0112
Case C-112/21: Judgment of the Court (Tenth Chamber) of 2 June 2022 (request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden — Netherlands) — X BV v Classic Coach Company vof, Y, Z (Reference for a preliminary ruling — Approximation of laws — Trade marks — Directive 2008/95/EC — Article 5 — Rights conferred by a trade mark — Article 6(2) — Limitation of the effects of the trade mark — Impossibility for the proprietor of a trade mark to prevent a third party from using, in the course of trade, an earlier right applying in a particular locality — Requirements — Concept of ‘earlier right’ — Trade name — Proprietor of a later trade mark with an even earlier right — Relevance)
Kawża C-112/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV vs Classic Coach Company vof, Y, Z (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva 2008/95/KE – Artikolu 5 – Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark – Artikolu 6(2) – Limitazzjoni tal-effetti tat-trade mark – Impossibbiltà għall-proprjetarju ta’ trade mark li jipprojbixxi lil terz milli juża, fil-kummerċ, dritt preċedenti ta’ portata lokali – Kundizzjonijiet – Kunċett ta’ “dritt preċedenti” – Isem kummerċjali – Proprjetarju ta’ trade mark sussegwenti li għandu dritt saħansitra iktar preċedenti – Rilevanza)

ĠU C 284, 25.7.2022, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
25.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 284/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV vs Classic Coach Company vof, Y, Z
(Kawża C-112/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5 - Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark - Artikolu 6(2) - Limitazzjoni tal-effetti tat-trade mark - Impossibbiltà għall-proprjetarju ta’ trade mark li jipprojbixxi lil terz milli juża, fil-kummerċ, dritt preċedenti ta’ portata lokali - Kundizzjonijiet - Kunċett ta’ “dritt preċedenti” - Isem kummerċjali - Proprjetarju ta’ trade mark sussegwenti li għandu dritt saħansitra iktar preċedenti - Rilevanza)
(2022/C 284/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X BV
Konvenuti: Classic Coach Company vof, Y, Z
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ “dritt preċedenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma huwiex meħtieġ li l-proprjetarju ta’ dan id-dritt ikun jista’ jipprojbixxi l-użu tat-trade mark sussegwenti mill-proprjetarju tagħha. |
|
2) |
L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li “dritt preċedenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jista’ jiġi rrikonoxxut lil terz f’sitwazzjoni fejn il-proprjetarju tat-trade mark sussegwenti jkollu dritt saħansitra iktar preċedenti, irrikonoxxut mil-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, fuq is-sinjal irreġistrat bħala trade mark, sakemm, skont din il-liġi, il-proprjetarju tat-trade mark u tad-dritt iktar preċedenti ma jkunx iktar jista’ jipprojbixxi, abbażi tad-dritt iktar preċedenti tiegħu, l-użu, mit-terz, tad-dritt iktar reċenti. |