Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“
Dokumentas 52022M10829
Prior notification of a concentration (Case M.10829 – KKR / HITACHI TRANSPORT SYSTEM) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2022/C 255/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10829 – KKR / HITACHI TRANSPORT SYSTEM) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 255/07
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10829 – KKR / HITACHI TRANSPORT SYSTEM) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 255/07
PUB/2022/757
ĠU C 255, 4.7.2022, p. 7—8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 255/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10829 – KKR / HITACHI TRANSPORT SYSTEM)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 255/07)
1.
Fl-24 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
KKR &Co. Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Hitachi Transport System, Ltd (il-Ġappun). |
KKR &Co. Inc. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Hitachi Transport System.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-28 ta’ April 2022.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
KKR & Co. hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assikurazzjoni. KKR tisponsorja fondi ta’ investiment li jinvestu f’ekwità privata, kreditu u assi ta’ proprjetà immobbli u għandhom sħab strateġiċi li jiġġestixxu l-fondi ħeġġ. |
— |
Hitachi Transport System hija kumpanija bbażata fil-Ġappun attiva fil-forniment ta’ servizzi loġistiċi kuntrattwali ġenerali u servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10829 – KKR / HITACHI TRANSPORT SYSTEM
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).