This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0160
Case C-160/20: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 22 February 2022 (request for a preliminary ruling from the Rechtbank Rotterdam — Netherlands) — Stichting Rookpreventie Jeugd and Others v Staatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport (Reference for a preliminary ruling — Directive 2014/40/EU — Manufacture, presentation and sale of tobacco products — Products not complying with the maximum emission levels — Prohibition on placing on the market — Measurement method — Filter cigarettes with small ventilation holes — Measurement of the emissions on the basis of ISO standards — Standards not published in the Official Journal of the European Union — Compliance with the publication requirements laid down in Article 297(1) TFEU read in the light of the principle of legal certainty — Compliance with the principle of transparency)
Kawża C-160/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Rotterdam – il-Pajjiżi Baxxi) – Stichting Rookpreventie Jeugd et vs Staatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2014/40/UE – Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk – Prodotti li ma josservawx il-livelli massimi ta’ emissjoni – Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Metodi ta’ kejl – Sigaretti bil-filtru li għandu mikrotoqob ta’ ventilazzjoni – Kejl tal-emissjonijiet bbażat fuq standards ISO – Standards mhux ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Konformità mar-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni previsti fl-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Konformità mal-prinċipju ta’ transparenza)
Kawża C-160/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Rotterdam – il-Pajjiżi Baxxi) – Stichting Rookpreventie Jeugd et vs Staatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2014/40/UE – Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk – Prodotti li ma josservawx il-livelli massimi ta’ emissjoni – Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Metodi ta’ kejl – Sigaretti bil-filtru li għandu mikrotoqob ta’ ventilazzjoni – Kejl tal-emissjonijiet bbażat fuq standards ISO – Standards mhux ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Konformità mar-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni previsti fl-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Konformità mal-prinċipju ta’ transparenza)
ĠU C 165, 19.4.2022, pp. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 165, 19.4.2022, pp. 2–3
(GA)
|
19.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 165/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Frar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Rotterdam – il-Pajjiżi Baxxi) – Stichting Rookpreventie Jeugd et vs Staatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport
(Kawża C-160/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2014/40/UE - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Prodotti li ma josservawx il-livelli massimi ta’ emissjoni - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Metodi ta’ kejl - Sigaretti bil-filtru li għandu mikrotoqob ta’ ventilazzjoni - Kejl tal-emissjonijiet bbażat fuq standards ISO - Standards mhux ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea - Konformità mar-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni previsti fl-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali - Konformità mal-prinċipju ta’ transparenza)
(2022/C 165/03)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Rotterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stichting Rookpreventie Jeugd, Stichting Inspire2live, Rode Kruis Ziekenhuis BV, Stichting ClaudicatioNet, Nederlandse Vereniging voor Kindergeneeskunde, Nederlandse Vereniging voor Verzekeringsgeneeskunde, Accare, Stichting Universitaire en Algemene Kinder- en Jeugdpsychiatrie Noord-Nederland, Vereniging Praktijkhoudende Huisartsen, Nederlandse Vereniging van Artsen voor Longziekten en Tuberculose, Nederlandse Federatie van Kankerpatiëntenorganisaties, Nederlandse Vereniging Arbeids- en Bedrijfsgeneeskunde, Nederlandse Vereniging voor Cardiologie, Koepel van Artsen Maatschappij en Gezondheid, Koninklijke Nederlandse Maatschappij tot bevordering der Tandheelkunde, College van Burgemeester en Wethouders van Amsterdam
Konvenut: Staatssecretaris van Volksgezondheid, Welzijn en Sport
fil-preżenza ta’: Vereniging Nederlandse Sigaretten- en Kerftabakfabrikanten (VSK),
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprevedi li l-livelli massimi ta’ emissjoni ta’ qatran, ta’ nikotina u ta’ monossidu tal-karbonju mis-sigaretti intiżi sabiex jitqiegħdu fis-suq jew jiġu mmanifatturati fl-Istati Membri, stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jitkejlu skont il-metodi ta’ kejl li jirriżultaw mill-istandards ISO 4387, 10315, 8454 u 8243, li għalihom jirreferi l-imsemmi Artikolu 4(1). |
|
2) |
L-eżami tal-ewwel domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-prinċipju ta’ trasparenza, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-Artikolu 297(1) TFUE, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
3) |
L-eżami tal-punt (a) tat-tielet domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk. |
|
4) |
L-eżami tal-punt (b) tat-tielet domanda ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 fid-dawl tal-Artikolu 114(3) TFUE, tal-portata tal-Konvenzjoni Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk kif ukoll tal-Artikoli 24 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
5) |
Fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/40 ma jistax jiġi invokat kontra individwi, il-metodu użat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva għandu jkun xieraq, fid-dawl tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi jew tal-istandards adottati fuq livell internazzjonali, sabiex jitkejlu l-livelli ta’ emissjonijiet irrilaxxati meta sigarett jintuża għall-finijiet previsti, u għandu jieħu bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, fejn l-eżattezza tal-miżuri miksuba permezz ta’ dan il-metodu għandu jiġi vverifikat mil-laboratorji approvati u ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva. |