This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0770
Case C-770/21: Request for a preliminary ruling from the Administrativen sad Sofia-grad (Bulgaria) lodged on 13 December 2021 — OGL-Food Trade Lebensmittelvertrieb GmbH v Direktor na Teritorialna direktsia ‘Mitnitsa Plovdiv’ pri Agentsia ‘Mitnitsi’
Kawża C-770/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Diċembru 2021 – OGL-Food Trade Lebensmittelvertrieb GmbH vs Direktor na Teritorialna direktsia “Mitnitsa Plovdiv” pri Agentsia “Mitnitsi”
Kawża C-770/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Diċembru 2021 – OGL-Food Trade Lebensmittelvertrieb GmbH vs Direktor na Teritorialna direktsia “Mitnitsa Plovdiv” pri Agentsia “Mitnitsi”
ĠU C 138, 28.3.2022, pp. 10–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 138, 28.3.2022, p. 5–5
(GA)
|
28.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-13 ta’ Diċembru 2021 – OGL-Food Trade Lebensmittelvertrieb GmbH vs Direktor na Teritorialna direktsia “Mitnitsa Plovdiv” pri Agentsia “Mitnitsi”
(Kawża C-770/21)
(2022/C 138/10)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: OGL-Food Trade Lebensmittelvertrieb GmbH
Konvenut: Direktor na Teritorialna direktsia “Mitnitsa Plovdiv” pri Agentsia “Mitnitsi”
Domandi preliminari
|
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), moqri flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(5) u mal-Artikolu 75(6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat-13 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2), għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 70(3)(d) tar-Regolament Nru 952/2013, li jipprovdi li “ma [għandu] jkun hemm l-ebda relazzjoni bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ”, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-valur tat-tranżazzjoni tal-merkanzija għal finijiet doganali indikat f’dikjarazzjoni doganali speċifika għall-importazzjoni ta’ ħaxix, id-data segwenti għandha titqies li hija rilevanti:
Fil-każ li din id-data hija rilevanti, dawn iċ-ċirkustanzi jippermettu li jingħad li l-operaturi, importatur u esportatur, rispettivament importatur u xerrej fl-ewwel livell kummerċjali fl-Unjoni, huma persuni “msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju” jew “persuni relatati” fis-sens tal-Artikolu 127(1)(b) u tal-Artikolu 142(4)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (3)? Fil-każ li din id-data hija rilevanti iżda ma tkunx suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li l-operaturi huma persuni relatati, għall-finijiet tal-verifika taħt l-Artikolu 75(6) tar-Regolament Delegat 2017/891, hemm l-obbligu li jiġi vverifikat jekk ir-relazzjoni bejn l-operaturi influwenzatx id-determinazzjoni ta’ prezz ogħla għall-merkanzija fir-rigward tal-importazzjoni speċifika u dan bil-għan li jiġu evitati l-frodi tad-dazji doganali u t-telf tad-dħul fiskali għall-baġit tal-Unjoni, fid-dawl ukoll tal-bejgħ b’telf sussegwenti fl-ewwel livell kummerċjali fl-Unjoni? |
|
2) |
Fid-dawl tal-Artikolu 47(1) u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretati fid-dawl tad-dritt għal azzjoni legali, previst fl-Artikolu 44(1) tar-Regolament Nru 952/2013 u tal-obbligu għall-awtoritajiet doganali li jagħtu motivazzjoni għad-deċiżjoni tagħhom previst fl-Artikolu 29 ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 22(7) tiegħu, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami u tal-fatt li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikors ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni, il-qorti tal-ewwel istanza hija obbligata tevalwa ex officio l-legalità tal-imsemmija deċiżjoni u tal-motivi li ma jkunux issemmew fir-rikors, tiġbor provi ġodda u taħtar espert ex officio:
|
|
3) |
Fid-dawl tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 75(5) tar-Regolament Delegat 2017/981, li jipprovdi li “l-importatur għandu jagħmel disponibbli, […] id-dokumenti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli doganali rilevanti fir-rigward tal-bejgħ u t-tneħħija ta’ kull prodott tal-lott inkwistjoni”, interpretat fid-dawl tal-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2020, X (Irkupru ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni) (C-160/18, EU:C:2020:190), fir-rigward tal-prova tal-valur iddikjarat tat-tranżazzjoni skont l-Artikolu 70(1) tar-Regolament Nru 952/2013,
|
|
4) |
Mill-Artikolu 75(5) u (6) tar-Regolament Delegat 2017/891 u mill-interpetazzjoni mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Ġunju 2016, EURO 2004. Hungary (C-291/15, EU:C:2016:455) jirriżulta li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, il-valur doganali tal-importazzjoni ta’ ħaxix li joriġina minn pajjiż terz ma jistax jiġi ddeterminat fid-dawl tal-valur iddikjarat tat-tranżazzjoni meta:
|
(1) ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90 u fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.
(3) ĠU 2015, L 343, p. 558, u rettifiki fil-ĠU 2016, L 87, p. 35 u fil-ĠU 2017, L 101, p. 203.