This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021XR5507
Resolution on the 2022 Work Programme of the European Commission and of the European Committee of the Regions political priorities for 2022
Riżoluzzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u l-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2022
Riżoluzzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u l-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2022
COR 2021/05507
ĠU C 97, 28.2.2022, pp. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 97/1 |
Riżoluzzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u l-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2022
(2022/C 97/01)
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,
Wara li kkunsidra:
|
— |
il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022; |
|
— |
il-Protokoll ta’ Kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea ta’ Frar 2012; |
|
— |
ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-prijoritajiet tiegħu għall-perjodu 2020-2025 (1); |
|
— |
ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-proposti tiegħu fid-dawl tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022 (2); u |
|
— |
ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE 2021 (3); |
|
1. |
jistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jqisu l-fehmiet u s-suġġerimenti li jinsabu f’din ir-riżoluzzjoni fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2022, u jinsab lest li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħha; |
|
2. |
ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li ssegwi l-proposti li joħorġu mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Iqis il-pjattaforma diġitali multilingwi interattiva u l-panels taċ-ċittadini bħala strument possibbli għal mekkaniżmu fil-livell tal-UE għal djalogu permanenti maċ-ċittadini, u jinsab lest li jkollu sehem ewlieni f’dan il-proċess; |
|
3. |
jilqa’ b’sodisfazzjon li l-2022 hija s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ tal-2022 u jimpenja ruħu li jikkoopera mill-qrib mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-livelli kollha; |
Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini
|
4. |
itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tinkludi d-dimensjoni reġjonali u lokali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi deskritti fil-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, u jisħaq fuq l-importanza li tiġi ssalvagwardjata l-integrità tal-elezzjonijiet lokali u reġjonali u fuq it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-komunitajiet lokali fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u d-diżinformazzjoni; |
|
5. |
jitlob li l-inizjattiva leġiżlattiva futura għall-protezzjoni tal-libertà tal-midja tqis is-sitwazzjoni tal-midja lokali u reġjonali; |
|
6. |
jappoġġja l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-garanzija tal-applikazzjoni effettiva tal-istat tad-dritt, inkluż il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-UE bħala prerekwiżit għal drittijiet ugwali u ċertezza tad-dritt fl-eżerċitar tal-politiki komuni; |
|
7. |
jindika l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi lejn Unjoni ta’ Ugwaljanza, inkluż billi jiġu proposti miżuri ġodda għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa, u l-ġlieda kontra tali vjolenza, u jistenna għalhekk li jkun involut fl-istabbiliment ta’ korp interistituzzjonali tal-etika ġdid tal-UE; |
|
8. |
jimpenja ruħu bis-sħiħ li jimplimenta l-kunċett ta’ “sussidjarjetà attiva” u jtenni t-talba tiegħu għall-użu sistematiku tal-Grilja għall-Valutazzjoni tas-Sussidjarjetà fil-proposti tal-Kummissjoni; |
|
9. |
Jappoġġja l-intenzjoni li jitnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini u għan-negozji bl-approċċ ta’ “one in, one out”. Jistenna, madankollu, li dan l-eżerċizzju jkun konformi mal-istandards ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-UE. u li jkun jiddependi minn approċċ ibbażat fuq l-evidenza u valutazzjoni tal-kost tan-nuqqas ta’ azzjoni; |
|
10. |
itenni t-talba tiegħu biex il-ftehim interistituzzjonali, il-linji gwida dwar ir-regolamentazzjoni aħjar u l-istrumenti għal regolamentazzjoni aħjar jiġu rieżaminati, sabiex id-dimensjoni f’diversi livelli tiġi integrata fil-proċess leġiżlattiv Ewropew, kif issuġġerit mit-Task Force dwar is-Sussidjarjetà; |
|
11. |
jilqa’ b’sodisfazzjon, f’dan il-kuntest, l-impenn tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali u l-verifika rurali, sabiex jitqiesu aħjar il-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ territorji differenti tal-UE. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jitqiesu wkoll ir-reġjuni tal-fruntiera. Għalhekk, il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-bidu u l-valutazzjonijiet tal-impatt jinkludu evalwazzjoni tal-impatti potenzjali differenzjati bejn it-territorji ta’ kull inizjattiva leġiżlattiva; jappoġġja, barra minn hekk, il-pjani tagħha li torganizza konferenza fuq skala kbira dwar regolamentazzjoni aħjar fl-2022, u tqis b’mod partikolari d-dimensjoni lokali u reġjonali kif għamlet fil-pjattaforma futura Fit for Future; |
|
12. |
jisħaq fuq l-importanza dejjem tikber tal-previżjoni bħala għodda politika għall-iżvilupp ta’ perspettivi fit-tul ibbażati fuq l-evidenza, f’ħafna oqsma ta’ politika fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltajiet ewlenin, bħal fil-qasam tal-appoġġ ekonomiku, id-demografija, il-miżuri għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-ħiliet u l-infrastruttura. Itenni, għalhekk, l-impenn tiegħu li jappoġġja lill-Kummissjoni fl-immappjar tal-kapaċità taj prospettiva lokali u reġjonali biex titqies l-esperjenza lokali u reġjonali, bjmod partikolari r-Rapport Annwali ta’ Prospettiva Strateġika; |
Nibnu komunitajiet reżiljenti
|
13. |
jitlob l-organizzazzjoni sistematika ta’ pjattaformi u djalogi f’diversi livelli biex tinkiseb parteċipazzjoni strutturata u inklużiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku; |
|
14. |
jenfasizza l-isfidi territorjali kbar ħafna tat-tranżizzjoni ekoloġika, anke fis-settur tat-trasport, u jirrikonoxxi s-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni awtomobilistiċi u jappella għal djalogu f’diversi livelli għat-tranżizzjoni ġusta tas-settur tal-karozzi; |
|
15. |
se jkompli jakkumpanja l-implimentazzjoni ta’ viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali u t-tranżizzjoni lejn agrikoltura aktar ekoloġika, aktar intelliġenti u sostenibbli. L-istabbiliment ta’ Aġenda Rurali għandu jipprovdi l-bażi għal mekkaniżmu ta’ governanza għaż-żoni rurali, li jipproteġi l-identitajiet u l-karatteristiċi lokali tagħhom, u jipprovdi indikaturi kwantitattivi ċari għal dimensjoni rurali fis-Semestru Ewropew; |
|
16. |
jappoġġja l-prijoritizzazzjoni tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero għall-protezzjoni tan-nies u tal-ekosistemi u jistenna li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jitqiesu fil-Pakkett futur ta’ Tniġġis Żero, b’mod partikolari billi tiġi stabbilita l-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero u tabella ta’ valutazzjoni għar-reġjuni tal-UE; |
|
17. |
jappella li l-proposti futuri dwar il-plastik u l-ekonomija ċirkolari jqisu l-kontribut diġà pprovdut fl-Opinjonijiet rilevanti tal-KtR, inkluża l-enfasi fuq il-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart; |
|
18. |
jistieden lill-Kummissjoni tippromovi aktar l-użu tat-teknoloġija spazjali u d-disponibbiltà tad-data fil-livell lokali sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, titrawwem it-tranżizzjoni enerġetika, jiġi protett l-ambjent u jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku; |
|
19. |
jistenna bil-ħerqa r-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija bil-ħsieb ta’ implimentazzjoni sħiħa tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-kooperazzjoni msaħħa li għaddejja mal-KtR; |
|
20. |
itenni li biex il-Patt Ekoloġiku tal-UE jagħmel suċċess, hija meħtieġa reviżjoni bir-reqqa tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li torbotha mal-Aġenda tan-NU għall-2030 u mal-qafas tal-SDGs, u mal-implimentazzjoni strutturali tal-governanza f’diversi livelli permezz ta’ djalogi sistematiċi f’diversi livelli dwar il-Patt Ekoloġiku; |
|
21. |
jilqa’ b’sodisfazzjon is-sett ta’ għodod għall-ġestjoni tal-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet tal-enerġija u jitlob li l-punt tat-tluq ikun azzjoni msaħħa għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku u l-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima; |
|
22. |
jilqa’ b’sodisfazzjon r-rikonoxximent tar-rabta intrinsika bejn il-kriżijiet klimatiċi u tal-bijodiversità, u jinsisti li l-Kummissjoni Ewropea tkompli tippromovi l-governanza f’diversi livelli fl-UE u fid-dinja, u b’hekk tkompli tibni fuq id-Dikjarazzjoni ta’ Edinburgh, b’mod partikolari fil-COP 15 tal-KDB tan-NU u l-COP 27 tal-UNFCCC; jappella għal Liġi dwar l-Oċeani li tkun tinvolvi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar; |
|
23. |
jappella għat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, li tibni fuq il-Missjoni dwar l-adattament u fuq il-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki tal-UE għall-Adattament; |
|
24. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tilħaq il-miri stabbiliti fil-Kumpass Diġitali 2030, u jappella li l-koeżjoni diġitali tiġi integrata bħala dimensjoni komplementari għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fil-politiki tal-UE; |
|
25. |
jiddeplora n-nuqqas ta’ indikaturi rilevanti fil-livell lokali u reġjonali biex jiġu mmonitorjati l-miri tad-Deċennju Diġitali 2030; ifittex, għalhekk, li jiżviluppa indikaturi bħal dawn; |
|
26. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tadotta Att Ewropew dwar iċ-Ċipep li jirrifletti dwar id-dipendenza għolja tal-UE mill-provvisti min-naħa ta’ pajjiżi terzi ta’ teknoloġiji tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku; |
|
27. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva legali mħabbra għal Strument għas-Suq Uniku f’Emerġenza. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jkun rifless fil-proposta tagħha, speċjalment fir-rigward tat-trattament tat-tfixkil tas-Suq Uniku f’territorji li jiddependu minn ktajjen ta’ provvista u skambji transfruntiera b’saħħithom; |
|
28. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE. Jenfasizza li kwalunkwe reviżjoni potenzjali tad-definizzjoni tas-suq għandha tikkunsidra bir-reqqa sa liema punt din se taffettwa l-bilanċ ekonomiku bejn ir-reġjuni differenti tal-UE, kif ukoll l-SMEs u l-konsumaturi; |
|
29. |
jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni ma jipprevedix azzjonijiet li jindirizzaw it-tibdil fundamentali li l-Patt Ekoloġiku, id-diġitalizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni se jġibu lill-industrija Ewropea. Jirrakkomanda, għalhekk, li l-Kummissjoni torbot il-politika industrijali futura tagħha aktar mill-qrib biex tibqa’ valida fil-futur u tqis it-tagħlimiet minn ekosistemi reġjonali kompetittivi, l-importanza ta’ teknoloġiji abilitanti essenzjali u l-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn il-kompetittività u l-awtonomija strateġika miftuħa; |
|
30. |
jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini fir-regolamenti futuri tal-UE dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA) u t-tisħiħ tar-rekwiżiti etiċi għall-użu ta’ IA ta’ riskju għoli; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-adattament tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili għall-isfidi speċifiċi tal-era diġitali u tal-intelliġenza artifiċjali (4), u jistenna li dan se jirriżulta f’qafas aġġornat immirat lejn l-iżgurar tar-rimedju tal-konsumatur għad-danni kkawżati mill-applikazzjonijiet tal-IA; |
|
31. |
jimpenja ruħu li jaħdem lejn il-ħolqien ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa kompleta li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u jappella għal rwol aktar ċar għall-Parlament Ewropew u għar-reġjuni fl-Awtorità futura tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Eemerġenza tas-Saħħa (HERA) , kif ukoll fl-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa; jitlob b’mod espliċitu li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-ippjanar marbuta ma’ emerġenza ta’ kriżi tas-saħħa, u fit-twettiq tiegħu, bħala parti mill-proposta HERA, kif ukoll skont l-abbozz ta’ regolament dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa; |
|
32. |
jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-prevenzjoni tal-kanċer; jinsab lest li jagħti pariri dwar rakkomandazzjoni futura dwar l-iskrinjar u li jkun parti mill-proċess ta’ implimentazzjoni; |
|
33. |
itenni r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-Opinjoni tiegħu dwar “Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil”. Politika komuni dwar il-migrazzjoni bbażata fuq is-solidarjetà u l-iżgurar ta’ ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji kif meħtieġ mit-Trattati tista’ tinkiseb biss bl-involviment tal-livelli kollha ta’ governanza, inklużi l-livelli lokali u reġjonali; |
|
34. |
itenni l-ħtieġa ta’ żona Schengen li tiffunzjona mingħajr fruntieri interni; jappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fil-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE filwaqt li jiġi difiż l-istat tad-dritt u jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem; |
|
35. |
jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jappoġġjaw finanzjarjament lil dawk l-Istati Membri li jipproteġu b’suċċess il-fruntieri esterni tal-UE; |
|
36. |
jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni, kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni ewlenija aktar b’saħħithom bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu indirizzati r-reati transfruntiera b’mod effettiv, u b’mod partikolari t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; |
|
37. |
jistenna li l-Kummissjoni ssegwi t-talba tal-KtR biex ir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit (UK) u l-UE tingħata aktar “profondità” territorjali. Il-KtR se jikkontribwixxi għall-iffaċilitar u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni territorjali man-nazzjonijiet deċentralizzati u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit, inkluż lil hinn mill-qafas istituzzjonali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; |
|
38. |
jappella għall-istabbiliment ta’ appoġġ sostnut u strutturat mill-Kummissjoni għall-kooperazzjoni bejn il-pari bejn l-awtoritajiet lokali fil-Balkani tal-Punent u l-kontropartijiet tagħhom fl-UE, b’mod partikolari permezz tal-Kumitati Konsultattivi Konġunti mal-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja u l-Grupp ta’ Ħidma tal-KtR għall-Balkani tal-Punent. Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija mill-ġdid tal-appoġġ strateġiku tat-TAIEX lill-awtoritajiet lokali fil-Balkani tal-Punent; |
|
39. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn kontinwu tal-Kummissjoni għas-Sħubija tal-Lvant (SL), b’mod partikolari billi tadotta l-proposta tal-KtR favur it-tnedija tal-Akkademja tas-SL għall-Amministrazzjoni Pubblika; |
|
40. |
itenni li fis-sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE għandhom iqisu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli u b’hekk tinoloq dinamika ġdida għar-riformi fil-qasam tad-deċentralizzazzjoni; |
|
41. |
jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu biex jikkontribwixxu għall-paċi u l-prosperità fil-pajjiżi terzi, permezz ta’ inizjattivi bħall-Inizjattiva ta’ Nikosija – eżempju konkret ta’ kooperazzjoni bejn il-pari; |
|
42. |
jappella għal pjan ċar għal impenn fit-tul u tisħiħ finanzjarju tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u l-istrumenti tiegħu kemm mil-lat tal-prevenzjoni tad-diżastri u l-preparazzjoni għalihom, kif ukoll mil-lat ta’ kapaċità ta’ reazzjoni kollettiva f’każ ta’ emerġenza. Iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tinkludi l-esperjenza reġjonali u lokali dwar il-ġestjoni tad-diżastri fin-Network tal-Unjoni ta’ Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili li ġie stabbilit dan l-aħħar; |
Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tagħna
|
43. |
jissottolinja r-rwol kruċjali tal-politika ta’ koeżjoni u jitlob għalhekk li l-bliet u r-reġjuni jingħataw l-opportunità li jagħmlu l-aħjar użu minn Next Generation EU, sabiex jikkonsolidaw l-investimenti fit-tul u sostenibbli li jkunu qed jippjanaw fil-qafas tal-politika ta koeżjoni; |
|
44. |
jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-fażi ta’ implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fir-“Rapport ta’ Rieżami” tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li għandu jsir sa Lulju 2022 (l-Artikolu 16 tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza). Jitlob li l-prinċipju tas-sħubija jiġi rispettat bis-sħiħ u implimentat fil-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u li l-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza jiġu approvati malajr; |
|
45. |
jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnedija mill-ġdid tal-Kummissjoni tal-eżerċizzju ta’ rieżami tal-governanza ekonomika, u jemmen li wasal iż-żmien li l-qafas fiskali tal-UE jerġa’ jiġi kkunsidrat sabiex jiġi evitat li l-investiment pubbliku u s-servizzi pubbliċi jerġgħu jsiru l-varjabbli tal-aġġustament; |
|
46. |
jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni ma qisitx il-possibbiltà ta’ estensjoni, għal sena addizzjonali, tar-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % u żieda tal-livell limitu “de minimis” fl-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus, meta wieħed iqis ir-restrizzjonijiet baġitarji li l-awtoritajiet reġjonali u lokali għadhom qed jiffaċċjaw; |
|
47. |
jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li tiġġedded is-sħubija strateġika tal-UE mar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jitqies kif imiss l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID u jiġi aġġustat l-appoġġ tal-UE; |
|
48. |
huwa mħasseb dwar l-approvazzjoni bil-mod tal-Ftehimiet ta’ Sħubija fl-Istati Membri, fir-rigward ta’’ assorbiment baxx tal-fondi strutturali disponibbli u jissuġġerixxi kollaborazzjoni mill-qrib bejn ir-reġjuni u l-istituzzjonijiet tal-UE biex titħaffef ir-rata tal-approvazzjoni, inkluża dik tal-programmi operazzjonali; |
|
49. |
jitlob lill-Kummissjoni toħloq, minbarra s-sit web eżistenti għar-relazzjonijiet mal-investituri, portal tal-web iddedikat għall-ħruġ ta’ Bonds Ewropej, li jkun fih id-data aggregata sħiħa għall-bonds u l-kontijiet ikkummerċjalizzati kollha fl-ambitu tan-NextGenerationEU u l-Bonds Ekoloġiċi tan-NextGenerationEU; |
|
50. |
jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ qafas tal-politika tal-UE li jippermetti l-istabbiliment u l-ġestjoni effiċjenti tas-servizzi pubbliċi transfruntiera; jappella wkoll għal qafas legali aktar b’saħħtu biex jiġi żgurat li tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni bejn l-atturi reġjonali u lokali fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE, u jiġu ggarantiti standards minimi għall-kooperazzjoni transfruntiera f’każ ta’ kriżijiet biex jinżamm livell suffiċjenti ta’ servizzi pubbliċi; |
|
51. |
jesprimi dispjaċir għall-fatt li diversi miżuri fl-ambitu tal-Istrateġija Komprensiva għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti, ippjanata għall-2022, ma ġewx riflessi fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasport ikkombinat, tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar ix-xmajjar u tal-effiċjenza tat-trasport ferrovjarju internazzjonali. Jilqa’ b’sodisfazzjon, madankollu li s-“servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali” ġew inklużi fil-Programm ta’ Ħidma u jenfasizza li t-trasport pubbliku kollettiv, spiss organizzat direttament mill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, għandu jkun fil-qalba ta’ din l-inizjattiva; |
|
52. |
itenni l-ħtieġa li ssir implimentazzjoni rapida tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u tal-indikaturi “lil hinn mill-PDG” biex jitkejjel il-progress ekonomiku, soċjali u ambjentali, u b’hekk tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli tal-benesseri; |
|
53. |
jistenna bil-ħerqa r-rakkomandazzjoni dwar l-introjtu minimu, bħala pass lejn il-qerda tal-faqar fl-UE u bħala segwitu tant meħtieġ għad-Direttiva dwar il-pagi minimi adegwati; |
|
54. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien tal-Pjattaforma Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Kondizzjoni ta’ Persuni Mingħajr Dar, bħala l-ewwel pass li jirrifletti t-talbiet tal-KtR matul is-snin għal politika aktar effiċjenti favur il-persuni mingħajr dar; |
|
55. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis kif imiss il-ħidma reċenti tal-KtR dwar il-persuni li jindokraw u s-servizzi tal-kura fl-Istrateġija Ewropea futura tagħha dwar l-Indukrar; |
|
56. |
jistenna bil-ħerqa l-Pakkett tal-Kummissjoni dwar l-Edukazzjoni u jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati sinerġiji u koerenza mal-inizjattivi futuri biex jittejbu l-ħiliet diġitali; |
|
57. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-programm propost Aim, Learn, Master, Achieve (ALMA) u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li r-riżorsi allokati għall-programm ikunu konformi mal-għadd sinifikanti ta’ żgħażagħ fl-UE li la għandhom impjieg u humma barra mill-edukazzjoni, impjieg u taħriġ (NEETs); |
|
58. |
jenfasizza l-ħtieġa li ż-Żona Ewropea tar-Riċerka ssir realtà billi jiġu appoġġjati l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali permezz ta’ approċċ strateġiku u kkoordinat tal-livelli kollha tal-gvern u jistenna bil-ħerqa l-iżvilupp tal-kunċett ta’ Ċentri taż-ŻER fil-livel reġjonali flimkien mal-Kummissjoni; |
|
59. |
jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Missjonijiet b’rabta ma’ Orizzont Ewropa bħala passi kuraġġużi lejn l-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà iżda jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta’ sistema effettiva ta’ governanza f’diversi livelli li tgħaqqad il-Missjonijiet mal-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali, il-miżuri ta’ rkupru mill-COVID u l-finanzjament għall-innovazzjoni permezz tal-fondi strutturali; |
|
60. |
jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti ma tissemmiex fil-Programm ta’ Ħidma, bħala kunċett ewlieni biex tingħeleb id-dispersjoni ta’ programmi u politiki differenti għall-promozzjoni tal-innovazzjoni; |
|
61. |
jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proposta tiegħu għal Strateġija Ewropea ġdida għat-Turiżmu 2030/2050 ma tissemmiex fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2022; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta viżjoni ambizzjuża ġdida għat-turiżmu sostenibbli, li tqis kemm l-impatt tal-COVID-19 kif ukoll tal-irkupru ekoloġiku u diġitali; |
|
62. |
jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Presidenza Slovena, Franċiża u Ċeka tal-Kunsill tal-UE u lill-President tal-Kunsill Ewropew. |
Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) COR-2020-01392-00-00-RES-TRA
(2) COR-2021-02507-00-00-RES-TRA
(3) COR-2021-03857-00-00-RES-TRA
(4) https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12979-Civil-liability-adapting-liability-rules-to-the-digital-age-and-artificial-intelligence/public-consultation_mt