Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0770

    Kawża T-770/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2021 – OC vs SEAE

    ĠU C 51, 31.1.2022, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/40


    Rikors ippreżentat fid-9 ta' Diċembru 2021 – OC vs SEAE

    (Kawża T-770/21)

    (2022/C 51/53)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: OC (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

    Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

    konsegwentement,

    tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ Settembru 2020, innotifikata fil-11 ta’ Frar 2021, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet it-talba għall-assistenza tar-rikorrenti mressqa abbażi tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

    sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-31 ta’ Awwissu 2021 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tas-6 ta’ Mejju 2021 kontra d-deċiżjoni tal-10 ta’ Settembru 2021;

    tikkundanna lill-konvenut għat-totalità tal-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dritt għal smiegħ.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-proċedura u tar-regoli ta’ kompetenza fil-qasam ta’ tqassim ta’ poteri. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva kellha tittieħed mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni allegatament imwettqa mis-SEAE fir-rigward tad-definizzjoni ta’ fastidju psikoloġiku adottata minnu u fuq ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura.


    Top