This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0565
Case C-565/21: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 14 September 2021 — CaixaBank, S.A. v X
Kawża C-565/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Settembru 2021 – Caixabank S.A. vs X
Kawża C-565/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Settembru 2021 – Caixabank S.A. vs X
ĠU C 51, 31.1.2022, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-14 ta’ Settembru 2021 – Caixabank S.A. vs X
(Kawża C-565/21)
(2022/C 51/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Caixabank S.A.
Konvenut: X
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 3(1) u l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 93/13/KEE (1) tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni speċifika tal-kummissjoni ta’ ftuħ prevista fid-dritt nazzjonali, bħala remunerazzjoni għas-servizzi marbuta mal-eżami, mal-għoti jew mal-ipproċessar tas-self jew tal-kreditu ipotekarju jew ma’ servizzi oħra simili inerenti għall-attività tal-persuna li ssellef, li tiġi ġġenerata mill-għoti tas-self jew tal-kreditu, imħallsa f’darba u, ġeneralment, fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, tqis li l-klawżola li tistabbilixxi tali kummissjoni tirregola element essenzjali tal-kuntratt, peress li din tal-aħħar hija komponent prinċipali tal-prezz, u li ma jistax jiġi deċiż li din il-klawżola hija ta’ natura inġusta jekk din hija fformulata b’mod ċar u li jinftiehem, fis-sens wiesa’ stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? |
2) |
L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura ċara u li tinftihem tal-klawżola li tirregola element essenzjali tal-kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu ipotekarju, tieħu inkunsiderazzjoni elementi bħal ma huma l-għarfien mifrux ta’ tali klawżola fost il-konsumaturi, l-informazzjoni li l-istituzzjoni finanzjarja hija obbligata li tipprovdi lill-persuna li tissellef potenzjali f’konformità mal-leġiżlazzjoni relatata mal-fuljetti informattivi standardizzati, ir-reklamar tal-istituzzjonijiet bankarji, l-attenzjoni partikolari li l-konsumatur medju jagħti lil din il-klawżola, sa fejn din hija element tal-prezz li għandu jitħallas b’mod sħiħ fil-bidu tas-self u li jikkostitwixxi parti sostanzjali tas-sagrifiċċju ekonomiku li l-ksib tas-self jirrappreżenta għall-konsumatur, kif ukoll il-fatt li l-formulazzjoni, il-pożizzjonament u l-istruttura tal-klawżola jippermettu li jiġi kkonstatat li din hija element essenzjali tal-kuntratt? |
3) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola kuntrattwali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar il-kummissjoni ta’ ftuħ ta’ kuntratt ta’ self jew ta’ kreditu li s-suġġett tagħha hija r-remunerazzjoni ta’ servizzi marbuta mal-eżami, mat-tfassil u mal-ipproċessar personali ta’ applikazzjoni għal self jew għal kreditu (studju tal-vijabbiltà tas-self, tas-solvenza tad-debitur, tal-oneri ta’ piż fuq il-proprjetà immobbli li ser tkun is-suġġett tal-ipoteka, eċċ.), kundizzjonijiet minn qabel għall-ksib ta’ tali self jew kreditu, u li hija espliċitament prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala remunerazzjoni għal xogħlijiet inerenti għall-għoti tas-self jew tal-kreditu, ma toħloqx, bi ħsara għall-konsumatur, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mill-kuntratt, minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.