This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0003
Case C-3/20: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 30 November 2021 (request for a preliminary ruling from the Rīgas rajona tiesa — Latvia) — Criminal proceedings against AB, CE, ‘MM investīcijas’ SIA (Reference for a preliminary ruling — Protocol (No 7) on the privileges and immunities of the European Union — Member of an organ of the European Central Bank — Governor of a national central bank of a Member State — Immunity from criminal proceedings — Indictment connected with activities carried out in the course of employment within the Member State)
Kawża C-3/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rīgas rajona tiesa – il-Latvja) – proċeduri kriminali kontra AB, CE, “MM investīcijas” SIA (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – Membru ta’ korp tal-Bank Ċentrali Ewropew – Gvernatur ta’ bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru – Immunità minn proċeduri kriminali – Akkuża marbuta mal-attivitajiet eżerċitati fil-kuntest tal-kariga fi ħdan l-Istat Membru)
Kawża C-3/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rīgas rajona tiesa – il-Latvja) – proċeduri kriminali kontra AB, CE, “MM investīcijas” SIA (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – Membru ta’ korp tal-Bank Ċentrali Ewropew – Gvernatur ta’ bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru – Immunità minn proċeduri kriminali – Akkuża marbuta mal-attivitajiet eżerċitati fil-kuntest tal-kariga fi ħdan l-Istat Membru)
ĠU C 51, 31.1.2022, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 51/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-30 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rīgas rajona tiesa – il-Latvja) – proċeduri kriminali kontra AB, CE, “MM investīcijas” SIA
(Kawża C-3/20) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea - Membru ta’ korp tal-Bank Ċentrali Ewropew - Gvernatur ta’ bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru - Immunità minn proċeduri kriminali - Akkuża marbuta mal-attivitajiet eżerċitati fil-kuntest tal-kariga fi ħdan l-Istat Membru)
(2022/C 51/06)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Rīgas rajona tiesa
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
AB, CE, “MM investīcijas” SIA
LR Ģenerālprokuratūras Krimināltiesiskā departamenta Sevišķi svarīgu lietu izmeklēšanas nodaļa
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 22 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, moqri fid-dawl tal-Artikolu 130 TFUE u tal-Artikolu 7 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-gvernatur ta’ bank ċentrali ta’ Stat Membru jista’ jibbenefika mill-immunità minn proċeduri legali prevista fl-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għall-atti li huwa wettaq fil-kapaċità uffiċjali tiegħu bħala membru ta’ korp tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
2) |
L-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 22 ta’ dan il-protokoll, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-gvernatur ta’ bank ċentrali ta’ Stat Membru jkompli, għall-atti mwettqa fil-kapaċità uffiċjali tiegħu, jibbenefika mill-immunità minn proċeduri legali prevista fl-Artikolu 11(a) tal-imsemmi protokoll wara li jkun waqaf jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu. |
3) |
L-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikoli 17 u 22 ta’ dan il-protokoll, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-proċeduri kriminali, jiġifieri, skont l-istadju tal-proċeduri, l-awtorità responsabbli għall-proċeduri kriminali jew il-qorti kriminali kompetenti, għandha l-kompetenza sabiex tevalwa fl-ewwel lok jekk l-eventwali reat li twettaq mill-gvernatur ta’ bank ċentrali nazzjonali, fil-kapaċità tiegħu ta’ membru ta’ korp tal-Bank Ċentrali Ewropew, huwiex riżultat ta’ att ta’ dan il-gvernatur imwettaq fl-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu fi ħdan dan il-korp, iżda għandha, f’każ ta’ dubju, titlob, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u taġixxi skont din l-opinjoni. B’kuntrast ma’ dan, huwa biss il-Bank Ċentrali Ewropew li għandu jevalwa, meta titressaq quddiemu talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ dan il-gvernatur, jekk tali tneħħija tal-immunità tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni Ewropea, bla ħsara għall-istħarriġ li jista’ jkun hemm ta’ din l-evalwazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
4) |
L-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-immunità minn proċeduri legali li huwa jipprevedi ma tipprekludix il proċeduri kriminali fl-intier tagħhom, b’mod partikolari l-miżuri ta’ investigazzjoni, il-ġbir ta’ provi u n-notifika tal-att ta’ akkuża. Madankollu, jekk, sa mill-istadju tal-investigazzjonijiet immexxija mill-awtoritajiet nazzjonali u qabel ma tiġi adita qorti, jiġi kkonstatat li l-persuna suġġetta għall-investigazzjonijiet tista’ tibbenefika mill-immunità minn proċeduri legali għall-atti li huma s-suġġett ta’ proċeduri kriminali, huma dawn l-awtoritajiet li għandhom jitolbu t-tneħħija tal-immunità lill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea kkonċernata. Din l-immunità ma tipprekludix li l-provi miġbura matul l-investigazzjoni jkunu jistgħu jintużaw fi proċeduri ġudizzjarji oħra. |
5) |
L-Artikolu 11(a) u l-Artikolu 17 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-immunità minn proċeduri legali ma tapplikax meta l-benefiċjarju ta’ din l-immunità jkun involut fi proċeduri kriminali għal atti li ma jkunux twettqu fil-kuntest tal-funzjonijiet li huwa jeżerċita f’isem istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea. |