Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0265

Kawża T-265/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – JR vs Il-Kummissjoni (“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati mal-eżami orali ta’ kompetizzjoni – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Metodu ta’ arrotondament tal-marka – Koeffiċjenti għall-għoti ta’ piż tad-diversi partijiet u subpartijiet tal-eżami orali – Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla – Regolament (UE) 2018/1725 – Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 51, 31.1.2022, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – JR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-265/20) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati mal-eżami orali ta’ kompetizzjoni - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Metodu ta’ arrotondament tal-marka - Koeffiċjenti għall-għoti ta’ piż tad-diversi partijiet u subpartijiet tal-eżami orali - Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla - Regolament (UE) 2018/1725 - Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni”)

(2022/C 51/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: JR (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Milanowska, C. Ehrbar u H. Kranenborg, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2020 u tad-9 ta’ April 2020 li jirrifjutaw lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – 1 – Amministraturi.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet tar-rikorrenti fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2020 u tad-9 ta’ April 2020, sa fejn dawn jirrifjutaw l-aċċess għall-metodu ta’ arrotondament użat mill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – 1 – Amministraturi.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2020 hija annullata peress li tiċħad l-aċċess għad-dokument li fih il-koeffiċjenti għall-għoti ta’ piż taż-żewġ partijiet tat-test orali (intervista u preżentazzjoni strutturata) previsti mill-avviż ta’ kompetizzjoni interna COM/03/AD/18 (AD 6) – 1 – Amministraturi kif ukoll taż-żewġ subpartijiet tal-intervista (esperjenza professjonali u motivazzjoni), previsti wkoll mill-avviż ta’ kompetizzjoni.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


Top