Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0102

Kawża C-102/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz GmbH vs eprimo GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2002/58/KE – Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Il-punt (h) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ “posta elettronika” – Artikolu 13(1) – Kunċett ta’ “użu ta’ posta elettronika għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta” – Direttiva 2005/29/KE – Prattiki kummerċjali żleali – Anness I, punt 26 – Kunċett ta’ “solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa permezz ta’ posta elettronika” – Messaġġi pubbliċitarji – Inbox advertising)

ĠU C 51, 31.1.2022, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz GmbH vs eprimo GmbH

(Kawża C-102/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/58/KE - Ipproċessar ta’ data personali u protezzjoni tal-ħajja privata fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Il-punt (h) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 - Kunċett ta’ “posta elettronika” - Artikolu 13(1) - Kunċett ta’ “użu ta’ posta elettronika għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta” - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Anness I, punt 26 - Kunċett ta’ “solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa permezz ta’ posta elettronika” - Messaġġi pubbliċitarji - Inbox advertising)

(2022/C 51/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: StWL Städtische Werke Lauf a.d. Pegnitz GmbH

Konvenut: eprimo GmbH

fil-preżenza ta: Interactive Media CCSP GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi “użu […] ta’ posta elettronika għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-wiri fl-inbox tal-utent ta’ servizz ta’ posta elettronika ta’ messaġġi pubbliċitarji f’forma simili għal dik ta’ ittra elettronika ġenwina u fl-istess post bħal din tal-aħħar, filwaqt li kemm id-determinazzjoni każwali tad-destinatarji tal-imsemmija messaġġi kif ukoll in-neċessità li jiġi kkonstatat il-livell ta’ intensità tal-piż impost fuq dan l-utent huma irrilevanti f’dan ir-rigward, peress li dan l-użu huwa awtorizzat biss sakemm l-imsemmi utent ikun ġie informat b’mod ċar u preċiż dwar il-modalitajiet ta’ komunikazzjoni ta’ tali reklamar, b’mod partikolari fil-lista tal-ittri elettroniċi privati rċevuti, u jkun ta l-kunsens tiegħu b’mod speċifiku u b’għarfien sħiħ li jirċievi tali messaġġi pubbliċitarji.

2)

Il-punt 26 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) għandu jiġi interpretat fis-sens li forma ta’ reklamar li tikkonsisti fil-wiri fl-inbox tal-utent ta’ servizz ta’ posta elettronika ta’ messaġġi pubbliċitarji f’forma li hija simili għal dik ta’ ittra elettronika ġenwina u fl-istess post bħal din tal-aħħar taqa’ taħt il-kunċett ta’ “solleċitazzjonijiet persistenti u mhux mixtieqa” tal-utenti ta’ servizzi ta’ posta elettronika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk il-wiri ta’ dawn il-messaġġi pubbliċitarji, minn naħa, huwa ta’ natura suffiċjentement frekwenti u regolari sabiex ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala “solleċetizzjonijiet persistenti” u, min-naħa l-oħra, jista’ jiġi kklassifikat bħala “solleċitazzjonijiet mhux mixtieqa” fl-assenza ta’ kunsens mogħti minn dan l-utent qabel dan il-wiri.


(1)  ĠU C 209, 22.06.2020.


Top