EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0833

Kawża C-833/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Novembru 2021 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Hamas (Appell – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġlieda kontra t-terroriżmu – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċertu persuni u entitajiet – Iffriżar ta’ fondi – Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK – Regolament (KE) Nru 2580/2001 – Żamma tal-inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti ta’ terroriżmu – Espożizzjoni tal-motivi individwali nnotifikati lill-organizzazzjoni u li jinsabu f’dokument separat mill-att li jinkludi motivazzjoni ta’ natura ġenerali – Awtentifikazzjoni tal-espożizzjoni tal-motivi individwali – Artikolu 297(2) TFUE)

ĠU C 51, 31.1.2022, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Novembru 2021 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Hamas

(Kawża C-833/19 P) (1)

(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċertu persuni u entitajiet - Iffriżar ta’ fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Żamma tal-inklużjoni ta’ organizzazzjoni fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet involuti f’atti ta’ terroriżmu - Espożizzjoni tal-motivi individwali nnotifikati lill-organizzazzjoni u li jinsabu f’dokument separat mill-att li jinkludi motivazzjoni ta’ natura ġenerali - Awtentifikazzjoni tal-espożizzjoni tal-motivi individwali - Artikolu 297(2) TFUE)

(2022/C 51/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Van Overmeire, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Hamas (rappreżentant: L. Glock, avukata)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-4 ta’ Settembru 2019, Hamas vs Il-Kunsill (T-308/18, EU:T:2019:557), hija annullata sa fejn tilqa’ t-tmien motiv imqajjem fl-ewwel istanza u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/475 tal-21 ta’ Marzu 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1426, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/468 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1420, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1084 tat-30 ta’ Lulju 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/475, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/468, sa fejn l-imsemmija atti jikkonċernaw lill-Hamas, inkluż lill-Hamas-Izz al-Din al-Qassem.

2)

Ir-rikors ippreżentat fil-Kawża T-308/18 mill-Hamas huwa miċħud.

3)

Il-Hamas hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’dan l-appell kif ukoll dawk sostnuti fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 10, 13.1.2020.


Top