Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0759

    Kawża T-759/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2021 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – The a2 Milk Company (A2)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/56


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2021 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – The a2 Milk Company (A2)

    (Kawża T-759/21)

    (2022/C 37/73)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u J. Thomsen, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The a2 Milk Company Ltd (Auckland, New Zealand)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva A2 li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Nru 1 438 650

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 2447/2020-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2020, u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 3080425 kollha kemm hi u taċċetta r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru WO 1438650 sabiex tindika l-Unjoni u;

    tordna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tordna l-intervenjent potenzjali jbati l-ispejjeż quddiem l-EUIPO għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u għall-proċeduri tal-appell.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top