Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0757

    Kawża T-757/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2021 – Activa – Grillküche vs EUIPO – Targa (Apparat għax-xiwi)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/55


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2021 – Activa – Grillküche vs EUIPO – Targa (Apparat għax-xiwi)

    (Kawża T-757/21)

    (2022/C 37/72)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Activa – Grillküche GmbH (Selb, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Stangl u M. Würth, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Targa GmbH (Soest, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 3 056 449-0001

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 1651/2020-3

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u d-deċiżjoni Nru ICD 104479 tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2020 fl-intier tagħha;

    tiddikjara d-disinn kontenzjuż invalidu; u

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

    Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 63(1), flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

    Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


    Top