Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0749

    Kawża T-749/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Gerhard Grund Gerüste vs EUIPO – Josef Grund Gerüstbau (Josef Grund Gerüstbau)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/53


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2021 – Gerhard Grund Gerüste vs EUIPO – Josef Grund Gerüstbau (Josef Grund Gerüstbau)

    (Kawża T-749/21)

    (2022/C 37/69)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Gerhard Grund Gerüste (Kamp-Lintfort, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lee, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Josef Grund Gerüstbau GmbH (Erfurt, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Josef Grund Gerüstbau – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 372 178

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 1925/2020-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll tannulla kompletament it-trade mark tal-Unjoni Nru 17 372 178;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedura inkluż fil-kuntest tal-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti ta‘ appell.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top