EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0742

Kawża T-742/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Preventicus vs EUIPO (NIGHTWATCH)

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/49


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Preventicus vs EUIPO (NIGHTWATCH)

(Kawża T-742/21)

(2022/C 37/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Preventicus GmbH (Jena, il-Germanja) (rappreżentant: J. Zecher, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NIGTHWATCH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 996 007– Ċaħda – It-talba għal konverżjoni ta’ applikazzjoni għal trademark tal-UE f’applikazzjoni għal trademark nazzjonali tar-Renju Unit.

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 1241/2020-4.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali u għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċeduri tal-appell u tal-eżami quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 139(1), flimkien mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dritt għal trattament tal-kwistjoni b’mod ġust u mingħajr dewmien skont l-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ksur tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


Top