Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0741

    Kawża T-741/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – LG Electronics vs EUIPO – ZTE Deutschland (V10)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/48


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2021 – LG Electronics vs EUIPO – ZTE Deutschland (V10)

    (Kawża T-741/21)

    (2022/C 37/63)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: LG Electronics, Inc. (Seul, ir-Repubblika tal-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Bölling, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ZTE Deutschland (Düsseldorf, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “V10” – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 328 892

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 2101/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-appell tar-rikorrenti mid-deċiżjoni ta’ kanċellazzjoni fir-rigward biss tal-oġġetti smart phones, mowbajls u smart phones li jintlibsu;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 minħabba differenzjazzjoni insuffiċjenti bejn oġġetti invalidati;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 minħabba argumenti inkonsistenti dwar il-perċezzjoni tal-pubbliku;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 meta sabet li ma hemm l-ebda karatteristika intrinsika u inerenti;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 meta sabet li ma hemm l-ebda karatteristika rrikonoxxibbli faċilment;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009 meta sabet li ma hemm l-ebda karatteristika speċifika, preċiża u oġġettiva.


    Top