Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0737

    Kawża T-737/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Refractory Intellectual Property vs EUIPO (e-tech)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/47


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2021 – Refractory Intellectual Property vs EUIPO (e-tech)

    (Kawża T-737/21)

    (2022/C 37/61)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Refractory Intellectual Property GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea e-tech – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 274 481

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 548/2021-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top