EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0705

Kawża T-705/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2021 – Balaban vs EUIPO (Stahlwerk)

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2021 – Balaban vs EUIPO (Stahlwerk)

(Kawża T-705/21)

(2022/C 37/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Okan Balaban (Bornheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schaaf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Stahlwerk” – Applikazzjoni Nru 18 235 592

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 77/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-18 ta’ Novembru 2020 li tiċħad l-applikazzjoni bin-numru 18 235 592 kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad parzjalment l-applikazzjoni, u tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark għall-prodotti u għas-servizzi kollha indikati fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top