Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0644

    Kawża T-644/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Pharmadom vs EUIPO – Wellbe Pharmaceuticals (WellBe PHARMACEUTICALS)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/35


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2021 – Pharmadom vs EUIPO – Wellbe Pharmaceuticals (WellBe PHARMACEUTICALS)

    (Kawża T-644/21)

    (2022/C 37/48)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Pharmadom (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentant: M-P. Dauquaire, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wellbe Pharmaceuticals S.A. (Varsavja, il-Polonja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WellBe PHARMACEUTICALS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 151 176

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 1423/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top