Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0272(01)

    Kawża T-272/21 R II: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2021 – Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Privileġġi u immunitajiet – Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/33


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2021 – Puigdemont i Casamajó et vs Il-Parlament

    (Kawża T-272/21 R II)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Privileġġi u immunitajiet - Tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ membru tal-Parlament - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

    (2022/C 37/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Carles Puigdemont i Casamajó (Waterloo, il-Belġju), Antoni Comín i Oliveres (Waterloo), Clara Ponsatí i Obiols (Waterloo) (rappreżentanti: P. Bekaert, G. Boye, J. Costa i Rosselló u S. Bekaert, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u J.-C. Puffer, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet P9_TA(2021)0059, P9_TA(2021)0060 u P9_TA(2021)0061 tal-Parlament tad-9 ta’ Marzu 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità tar-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top