Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TB0494

    Kawża T-494/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2021 – Satabank vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja – Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu inqas importanti – Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Missjonijiet speċifiċi tal-BĊE – Rifjut li ssir sorveljanza prudenzjali diretta – Rifjut li tingħata istruzzjoni lill-persuna kompetenti – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/32


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2021 – Satabank vs BĊE

    (Kawża T-494/20) (1)

    (“Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu inqas importanti - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Missjonijiet speċifiċi tal-BĊE - Rifjut li ssir sorveljanza prudenzjali diretta - Rifjut li tingħata istruzzjoni lill-persuna kompetenti - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    (2022/C 37/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Satabank plc (St. Julians, Malta) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u A. Lefterov, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-15 ta’ Mejju 2020 li tirrifjuta li tiġi żgurata s-superviżjoni diretta tar-rikorrenti u li tagħti struzzjonijiet li jikkonċernawha lill-persuna kompetenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Satabank plc hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


    (1)  ĠU C 371, 3.11.2020.


    Top