Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0743(01)

    Kawża T-743/16 RENV II: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – CX vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Sanzjoni dixxiplinarja – Tneħħija minn pożizzjoni – Investigazzjoni mill-OLAF – Negozjati mhux awtorizzati u klandestini ta’ kuntratt – Kunflitt ta’ interessi – Ċertifikazzjoni ta’ fattura mhux konformi – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Assenzi repetuti tar-rikorrent u tal-avukat tiegħu għas-seduta dixxiplinarja – Ċertezza legali – Aspettativi leġittimi – Proporzjonalità – Terminu raġonevoli – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2021 – CX vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-743/16 RENV II) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sanzjoni dixxiplinarja - Tneħħija minn pożizzjoni - Investigazzjoni mill-OLAF - Negozjati mhux awtorizzati u klandestini ta’ kuntratt - Kunflitt ta’ interessi - Ċertifikazzjoni ta’ fattura mhux konformi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Assenzi repetuti tar-rikorrent u tal-avukat tiegħu għas-seduta dixxiplinarja - Ċertezza legali - Aspettativi leġittimi - Proporzjonalità - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    (2022/C 37/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u C. Ehrbar, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li imponiet fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ tneħħija minn pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni li dan ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    CX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea relatati ma’ din il-proċedura kif ukoll mal-proċeduri fil-Kawżi F-5/14 R, F-5/14, T-493/15 P, T-743/16 RENV u C-131/19 P.


    (1)  ĠU C 85, 22.3.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-5/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


    Top