Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0714

    Kawża C-714/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Françoise Grossetête (T-722/19) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-720/19 sa T-725/19, Ashworth et vs Il-Parlament

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/22


    Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Françoise Grossetête (T-722/19) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-720/19 sa T-725/19, Ashworth et vs Il-Parlament

    (Kawża C-714/21 P)

    (2022/C 37/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Françoise Grossetête (rappreżentanti: J. M. Martínez Gimeno, abogado, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, abogado, E. Arnaldos Orts, abogado, F. Doumont, avocat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Tannulla s-sentenza appellata fit-totalità tagħha;

    Tiddeċiedi l-kawża u tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament li tinsab fin-noti ta’ ffissar tad-drittijiet għall-pensjoni komplementari dovuti lill-appellanti, sa fejn din tistabbilixxi tnaqqis speċjali ta’ 5 % mill-ammont nominali tal-pensjoni tagħha, imħallas direttament fil-fond ta’ pensjoni komplementari volontarja;

    Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tal-proċedura tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-722/19.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-aggravji huma bbażati: (i) fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bureau sabiex jadotta d-deċiżjoni tal-Bureau tal-2018, b’mod partikolari, sa fejn din tistabbilixxi kundizzjonijiet materjali għad-drittijiet li kienu fil-proċess li jinkisbu qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (ii) fuq ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tad-drittijiet li kienu fil-proċess li jinkisbu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn tal-aħħar; (iii) fuq ksur kemm tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; (iv) fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (assenza ta’ miżuri tranżitorji) u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.


    Top