EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0656

Kawża C-656/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Ottubru 2021 – IM GESTÃO DE ATIVOS – SOCIEDADE GESTORA DE ORGANISMOS DE INVESTIMENTO COLETIVO, S.A. et vs Autoridade Tributária e Aduaneira

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-29 ta’ Ottubru 2021 – IM GESTÃO DE ATIVOS – SOCIEDADE GESTORA DE ORGANISMOS DE INVESTIMENTO COLETIVO, S.A. et vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-656/21)

(2022/C 37/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IM GESTÃO DE ATIVOS – SOCIEDADE GESTORA DE ORGANISMOS DE INVESTIMENTO COLETIVO, S.A. et

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1) jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-approprjazzjoni 17.3.4 tal-Código do Imposto do Selo (il-Kodiċi tat-Taxxa tal-Boll), li tipprevedi t-tassazzjoni fil-forma ta’ taxxa tal-boll fuq il-kummissjonijiet imposti minn banek lill-entitajiet ta’ ġestjoni ta’ fondi ta’ titoli b’kapital varjabbli għall-provvista ta’ servizzi lil dawn tal-aħħar relatati mal-attività tal-banek intiża għat-twettiq ta’ sottoskrizzjonijiet ġodda ta’ Unitajiet ta’ Ishma, jiġifieri li tirrigwarda dħul ġdid ta’ kapital mill-fondi ta’ investiment u li jimmaterjalizza ruħu bis-sottoskrizzjoni ta’ unitajiet ġodda ta’ ishma maħruġa mill-fondi?

2)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2008/7 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tassazzjoni fil-forma ta’ taxxa tal-boll fuq il-kummissjonijiet ta’ ġestjoni imposti mill-entitajiet ta’ ġestjoni fuq il-fondi ta’ titoli b’kapital varjabbli, sa fejn dawn il-kummissjonijiet jinkludu l-impożizzjoni mill-ġdid tal-kummissjonijiet imposti mill-banek lill-entitajiet ta’ ġestjoni għall-attività msemmija?


(1)  ĠU 2008, L 46, p. 11.


Top