EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0655

Kawża C-655/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Proċeduri kriminali kontra G. ST. T.

ĠU C 37, 24.1.2022, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Nesebar (il-Bulgarija) fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Proċeduri kriminali kontra G. ST. T.

(Kawża C-655/21)

(2022/C 37/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad – Nesebar

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

G. ST. T.

Domandi preliminari

1.

Leġislazzjoni u ġurisprudenza li minnhom jirriżulta li d-danni mġarrba mid-detentur jagħmlu parti mill-elementi kostitwenti tar-reati kriminali previsti fl-Artikolu 172b(1) u (2) tan-Nakazatelen kodeks (il-Kodiċi Kriminali, iktar ’il quddiem in-“NK”) huma konformi mal-istandards dwar id-danni kkawżati mill-eżerċizzju illegali ta’ drittijiet intellettwali introdotti permezz tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1)?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: il-mekkaniżmu ta’ preżunzjoni għad-determinazzjoni tad-danni, li ġie introdott fir-Repubblika tal-Bulgarija permezz tal-ġurisprudenza u li jwassal sabiex id-danni jiġu ddeterminati fl-ammont tal-valur tal-merkanzija offruta għall-bejgħ, ikkalkolat skont il-prezzijiet bl-imnut ta’ merkanzija prodotta b’mod legali, huwa konformi mal-istandards previsti fid-Direttiva 2004/48?

3.

Leġizlazzjoni li ma tistabbilixxix distinzjoni bejn il-ksur amministrattiv (Artikolu 127(1) taż-Zakon za markite i geografskite oznachenia (il-Liġi dwar it-Trade Marks u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, iktar ’il quddiem iż-“ZMGO”) fil-verżjoni attwali ta’ din il-liġi u Artikolu 81(1) taż-ZMGO fis-seħħ fl-2016), ir-reat kriminali previst fl-Artikolu 172b(1) tan-NK u, fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, ir-reat kriminali previst fl-Artikolu 172b(2) tan-NK, hija konformi mal-prinċipju ta’ nullum crimen, sine lege, kif iddikjarat fl-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

4.

Il-pieni previsti fl-Artikolu 172b(2) tan-NK, jiġifieri bejn ħames u tmien snin privazzjoni tal-libertà u multa ta’ bejn BGN 5 000 u BGN 8 000, huma konformi mal-prinċipju ddikjarat fl-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprovdi li s-severità tal-piena ma għandhiex tkun sproporzjonata għar-reat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.


Top