Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0625

    Kawża C-625/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Ottubru 2021 – VB vs GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH

    ĠU C 37, 24.1.2022, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Ottubru 2021 – VB vs GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH

    (Kawża C-625/21)

    (2022/C 37/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: VB

    Konvenut: GUPFINGER Einrichtungsstudio GmbH

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-klawżoli inġusti”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-eżami ta’ talba għad-danni kuntrattwali ta’ imprenditur kontra konsumatur, ibbażata fuq l-irtirar mhux iġġustifikat mill-kuntratt mill-konsumatur, l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali supplimentari tkun diġà eskluża meta t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-imprenditur jinkludu klawżola inġusta li, flimkien mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali supplimentari, tagħti lill-imprenditur l-għażla ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa kontra konsumatur li jikser il-kuntratt?

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    2)

    Tali applikazzjoni tad-dritt nazzjonali supplimentari tiġi eskluża wkoll meta l-imprenditur ma jibbażax it-talba għad-danni tiegħu kontra l-konsumatur fuq dik il-klawżola?

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tieni domanda:

    3)

    Huwa kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ċċitati iktar ’il fuq li, fil-każ ta’ klawżola li tinkludi diversi dispożizzjonijiet (pereżempju sanzjonijiet alternattivi fil-każ ta’ rtirar mhux iġġustifikat mill-kuntratt), dawk il-partijiet tal-klawżola li, fi kwalunkwe każ, jikkorrispondu mad-dritt nazzjonali supplimentari u li ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala inġusti, jinżammu fir-relazzjonijiet kuntrattwali?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


    Top